Protest minn Malta wara l-Finali ta’ Diane Borg. Fl-Atletika tnejn tal-Fidda Borg u Bezzina

Wednesday, June 1, 2011, 23:21

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Diane Borg tidher taqsam il-finsh fil-Finali tal-100 metru. Ritratt Roberto Eunza www.robertorunza.com

Diane Borg tidher taqsam il-finsh fil-Finali tal-100 metru. Ritratt Roberto Eunza www.robertorunza.com

L-Atletika ġabet lill-Malta żewġ midalji tal-Fidda fl-ewwel ġurnata ta’ din id-dixxiplina hekk kif Diane Borg u Lisa Marie Bezzina rebħu l-Fidda fil-100 metru u fl-10,000 metru rispettivament.

Borg wara t-tellieqa allegat li ċ-Ċipriotta li daħlet l-ewwel Papaionnou daħlet ftit fil-lane tagħha u telfitha xi ftit meta laqtitha.

Il-Maltija Diane Borg li għamlet ħin ukoll ta’ record Nazzjonali  (11:93) għandha l-Fidda żgur imma l-preżentazzjoni ma’ saritx wara li sar protest uffiċjali u eventwalment iridu jkunu analiżżati l-filmati tat-tellieqa. Inċidentalment il-cameraman Malti Darren Parnis ta’ One Sports kellu jgħaddi l-filmati lil-kowċ ta’ Borg (Mario Bonello) sabiex ikun jista’ jiddaħħal il-protest.

Chouhal b’sorpriża ma’ jidħolx fil-finali

Intant kien hemm aspettativa li Rachid Chouhal jagħmilha fil-finali iżda minkejja li spiċċa t-tieni fil-Heat tiegħu kellu ħin wisq għoli u għamilha fil-finali Karl Camilleri floku bis-sitt ħin.

“Kont l-ewwel sa 80 metru imma naqqast xi ftit għax kont naf li se nidħol it-tieni żgur u dak il-ħin ħsibt li bit-tieni nikkwalifika għall-finali. Iddispjaċini ħafna imma fl-istess ġin kuntent għall-Camilleri” tenna Chouhal f’kummenti li ġabar dan is-sit minnu.

Rachid qal ukoll li f’dawn l-aħħar ġimgħat ħadem ħafna ma’ sħabu għar-Relay tal- 4 x 100 fejn is-Sibt jinsab konvint li Malta se titla fuq il-Podju.

“Għandi l-Long Jump ukoll il-Ġimgħa imma jekk nara li se tkun diffiċli kontra l-atleti li jiffukaw biss fuq il-Jumps nirriserva l-enerġija u ma nirriskjax ħalli nkun fl-aħjar forma għar-Relay” temm jgħid Chouhal.

Ir-Rżultati l-oħra fil-Heats tal-Erbgħa

100 metru Nisa
Charlene Attard 12:34 spiccat ir-raba’ fil-Heat tagħha u ma għamlitiex għal Final imma għamlet seasonal best b’ .04 ta’ sekonda.

100 metru Nisa
Diane Borg 11:94 spiċċat it-tieni u kkwalifikat għall-Final

100 metru Irgiel
Karl Farrugia spiċċa l-ħames f’ħin ta’ 11:04 u kkwalifika għall-Finali

100 metru Irgiel
Rachid Chouhal spiċċa t-tieni fil-Heat imma ma kkwalifikax minħabba li naqqas ħafna b’mod evidenti fl-aħħar 30 metru u spiċċa f’ħin ta’ 11:06

800 metru Nisa Final
Celine Pace spiċċat il-ħames f’ħin ta’ 2:23.40.  Hawn ma sarux heats: finali mill-ewwel

400 metru Nisa Heats
Francesca Xuereb spiċċat it-tielet f’ħin ta’ 58:55 u kkwalifikat għall-Finali

400 metru Nisa Heats
Nicole Gatt spiċċat l-ewwel fil-Heat u kkwalifikat awtomatikament fil-Finali f’ħin ta’ 58:63

Għamluha wkoll għall-Finali Charles D’Alfonso u Kevin Pace Moore dan tal-aħħar b’ħin tajjeb.

Nicole Gatt fil-Heat tagħha li rebħietha. Ritratti Roberto Runza www.robertorunza.com
Nicole Gatt fil-Heat tagħha li rebħietha. Ritratti Roberto Runza www.robertorunza.comLisa Marie Bezzina (xellug) ma’ Giselle Camilleri u t-tifel tagħha wara t-tellieqa tal-10,000 metru





Leave a comment