Prosit !! 100 sena oħra issa!!!

Saturday, April 17, 2010, 6:09

minn Josef Galdes

Qed nikteb wara l-finali tat-tazza tal-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel kampjonat li ntlagħbet nhar it-Tlieta li għaddew fejn rat lil Valletta jegħlbu lir-rivali u ġirien tagħhom Floriana bl-iskor ta’ 3-1.

Ikolli ngħid li wara l-kritika li tajt jien personali lir-referee Chris Lautier wara l-loghba Qormi kontra Sliema, fejn kulħadd jaf x`ġara. Nhar it-Tlieta li għadda Hu kif ukoll il-kollegi l-oħra tiegħu kellhom kontroll formidabbli. Prosit!! Għallinqas dak li kkritikajt jien ma waqax fuq widnejn torox. Prosit Lautier! Nawguralek li jkollok kontroll stupend bħal ma kellek f`din il-partita tul il-partiti kollha.

Oħroġ il-għaġeb ma kienx hemm azzjonijiet kontroversjali jew għallinqas kienu limitati. Prosit kbira tmur lil Malta Football Association tal-organizazzjoni u lill-grounds manager Victor Mifsud, kif ukoll lill-Pulizija li żammew l-ordni u f`partita daqstant delikata ma nqalax inkwiet. Prosit ukoll lil Floriana li minkejja problemi kbar tul l-istaġun urew football sabiħ u attraenti, fejn kellhom diversi ċansijiet ta’ skor ukoll.

Prosit lil Doffo li skorja l-isbaħ goal tal-partita, liema goal fl-opinjoni tiegħi jiġi ppremjat bħala l-isbaħ goal tal-istaġun fil-Malta Football Awards li se jsiru dalwaqt. Prosit fl-aħħarnett iżda mhux l-inqas lil Valletta li rebħu dan l-unur u lil Michael Mifsud li skorja hat trick. Fakkarhom Mich li kieku għadek l-Ingilterra fl-aħħar tal-partita kienu jagħtux il-ballun bħala rikordju. Prosit liż-żewġ settijiet ta’ supporters li urew imġiba mill-aqwa.

U bħal ma bdew ikantaw il-Beltin … 100 sena oħra issa.





3 Comments

  1. Joe Cilia says:

    ejja galdes x’tahseb ha jigri allura? Bkara kontra Tarxien jew kontra il-Hibs ifallu ghax skond int il-Belt ha jiehduh il-lig!

    [Reply]

  2. Christian Curmi says:

    Proset lil kulhadd, anke lilek Galdes. La jirbhu l-lig (kif nahseb li ha jaghmlu) jikteb fuq B` kara habib :) .

    [Reply]

  3. mark s says:

    Galdes meta se tikteb fuq Bkara jew ma tafx li dawn qedghin l ewwel ? Mark

    [Reply]

Leave a comment