Propjeta’ lill-għaqdiet sportivi

Wednesday, February 1, 2012, 8:00
Il-Gvern ser jgħaddi propjetà b’valur kummerċjali ta’ nofs miljun ewro lill-għaqdiet sportivi.

Clyde Puli

Matul il-ġimgħa, fil-Parlament, tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra il-kuntratti ta’ ħames biċċiet art oħra lill-ħames għaqdiet sportivi b’valur kummerċjali ta’ nofs miljun Ewro.
B’dawn il-ħames proprjetajiet l-għaqdiet sportivi li jgawdu minn art pubblika telgħu għal 115 u  bejniethom qed igawdu minn total ta’ 129 biċċa art pubblika b’valur ta’ kważi 47 miljun Ewro.
L-għaqdiet sportivi li qed jingħataw art pubblika permezz ta’ dan l-Avviż Legali huma l-Malta Motorsport Federation, li qed jingħataw art fil-Mellieħa għall-użu tal-Off-Road Sport, Rinella Tennis Club, Birkirkara Boċċi Club, Fgura Boċċi Club, Santa Venera Boċċi Club.
Fi kliem Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, it-trasferiment ta’ dawn l-artijiet jixhed il-fiduċja tal-Gvern fl-Għaqdiet Sportivi u jqiegħed fuqhom obbligi u responsabbiltajiet li jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi pubbliċi fdati lilhom fl-aqwa interess tal-komunità sportiva u tal-poplu Malti.




Leave a comment