Programm t’attivitajiet mill-Malta Employees Sports Association

Friday, August 28, 2015, 11:04

Gavin Muscat

Programm t’ attivitajiet mill-Malta Employees Sports Association waqt il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport

Il-Malta Employees Sports Association (MESA), li torganizza attivitajiet sportivi prinċipalment għal dipartimenti u entitajiet tal-Gvern, ingħatat l-inkarigu sabiex torganizza għadd ta’ attivitajiet sportivi għall-membri tagħha waqt il-Ġimgħa Ewropeja ta’ l-Isport, li se tiġi organizzata minn għadd ta’ organizzazzjonijiet sportivi (fosthom il-Kunsill Malti għall-Isport) bejn is-7 u t-13 ta’ Settembru 2015, taħt l-awspiċi ta’ l-Unjoni Ewropeja.

Għalkemm l-attivitajiet sportivi ewlenin se jiġu organizzati bejn is-7 u t-13 ta’ Settembru, qed jingħata spazju biex isiru attivitajiet lil hinn minn dawn id-dati matul ix-xahar ta’ Settembru u jiġu kkunsidrati li jiffurmaw parti minn din l-inizjattiva.

Il-programm imħejji mill-MESA jikkonsisti minn dawn l-attivitajiet:

  • It-Tnejn, 7 ta’ Settembru

Kirkop Sports Complex: Table Tennis u Volleyball Tournaments (indoor) u 5-a-side Football Tournament (outdoor)

  • L-Erbgħa, 9 ta’ Settembru

Pixxina Nazzjonali, Tal-Qroqq: Għawm u Waterpolo

Kirkop Sports Complex: Badminton Tournament (indoor) u 5-a-side Ladies Football Tournament (outdoor)

  • Il-Ħamis, 10 ta’ Settembru

Gharghur Football Ground: 5-a-side Men’s Football Tournament O/35

Eden Super Bowl, Paceville: Bowling Tournament (Teams u individwali)

  • It-Tnejn, 14 ta’ Settembru

The Venue, Zurrieq: Pool u Darts Tournaments (Teams u individwali)

Dawn l-attivitajiet kollha se jsiru wara nofsinhar, bejn is-1.30 u l-5.00 pm.

Il-parteċipazzjoni hija b’xejn u aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mingħand is-Segretarju tal-MESA fuq knmsal@go.net.mt or mariosaliba51@gmail.com.





Leave a comment