Programm speċjali fl-okkazjoni tar-rebh tal-21 kampjonat minn Valletta FC

Wednesday, May 16, 2012, 0:43

Fl-okkażjoni tar-rebħ tal-21 kampjonat minn Valletta FC, il-programm Valletta Side se jkun qed iħejji programm speċjali nhar il-Ħamis li ġej fejn se jkunu mistiedna l-plejers kollha flimkien mal-istaff tekniku u l-kumitat ghall-programm specjali. Se jkunu mistiedna wkoll il-banda flimkien mal-mistieden speċjali l-Pusè li se jkun qed janima lill-udjenza permezz tad-daqq tal-vjolin.

Se jkunu qeghdin jintwerew filmati tal-ahhar loghba tal-kampjonat kontra Hibernians kif ukoll filmati tac-celebrazzjonijiet tar-rebh tal-kampjonat. Ma jonqsux filmati tal-hekk imsejjah ‘funeral’ li sar nhar it-Tnejn li għadda gewwa l-Belt Valletta.

 

Waqt l-istess programm il-partitaji kollha se jkunu mistiedna jagħmlu mistoqsijiet lill-plejers kif ukoll lill-istaff tekniku u l-membri tal-kumitat.

Valletta Side jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fid-9pm fuq Favourite Channel bi prezentazzjoni ta’ Mario Micallef, produzzjoni ezekuttiva ta’ George Tabone u produzzjoni ta’ Cristian Muscat. L-għada l-Gimgħa fis-7am ikun hemm ripetizzjoni tal-istess programm.

 





2 Comments

  1. paola says:

    Meta l-Hibs ġabu ritratti u għamlu ċertu stampi, xi wħud tgħidx kemm ħadu għalihom għax qalu li qed toffendihom u żżid il-mibgħeda. u l-funeral ma joffendix u jġib mibgħeda?

    [Reply]

  2. Joey says:

    kullhadd inkluz l-MFA gaba zewg din… Valletta FC rebhu 19 il-kampjonat u Valletta United 2. Iz-zewg timijeit kienu co-esistenti fi zmienhom u qatt ma nghaqdu. Valletta United ghalqu il-bibien mela Valletta FC ma ghandhom l-ebda dritt jghidu li rebhu 21 il-kampjonat

    [Reply]

Leave a comment