Progett ta YiA minn Zejtun Corinthaians Youth Nursery

Saturday, September 27, 2014, 7:53

L-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea speċjalment liż-żgħażagħ għandhom ikunu sfruttati jekk jista’ jkun miż-żgħażagħ kollha. Dan kien il-messaġġ li wassal is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius meta żar l-iskambju ta’ żgħażagħ li qed jorganizzaw Żejtun Corinthians Youth Nursery f’pajjiżna bejn is-16 u l-25 ta’ Settembru. Dan l-iskambju qed jenfasizza l-importanza tat-tliet F fl-isport; Fun, Fitness u Fair Play.

L-iskambju qed ilaqqa’ f’pajjiżna 30 żagħżugħ u żagħżugħa minn 5 pajjiżi differenti fl-Ewropa li huma ż-Żejtun f’Malta, Antalya tat-Turkija, Celano tal-Italja, Seville ta’ Spanja u Ruse tal-Bulgarija. Waqt dan l-iskambju ż-żgħażagħ, minbarra attivitajiet sportivi qed ikollhom serje ta’ sessjonijiet relatati mat-tema fosthom dwar ħajja aktar sana, sessjoni li saret mill-Health Promotion Unit u d-diżabilità fl-isport sessjoni minn Rhoda Garland mill-uffiċċju tal-Focal Point tas-Segretarjat Parlamentari għad-diżabilità u anzjanità attiva. Minbarra dan kollu ż-żgħażagħ kellhom ċ-ċans li jżuru postijiet storiċi bħall-Belt Valletta u l-Imdina.





Leave a comment