Profil ta’ Simone Farina

Sunday, February 21, 2016, 18:51

Il-karriera bdiet fl-1998 fis-settur taż-żgħażagħ ta’ AC Roma .Bejn l-2002 u l-2007 lagħab ma’ Cittadella Padova, Gualdo u Calano sa kemm fl-2007 ingħaqad ma’ Gubbio li magħhom sal-2012 lagħab 105 partita. Karriera pjuttost kwieta f’kampjonati ta’ kategoriji inferjuri sa kemm f’Dicembru 2011 seħħ incident li biddillu ħajjtu u poġġieħ fl-aħbarijiet. Kien sar magħruf li qabel il-partita tal-Coppa Italia bejn Gubbio u Cesena ġie kkuntattjat mill-eks plejer ta’ Roma Alessando Zamperini sabiex jikkuntattja tlett plejers oħra u jbiegħu l-logħoba għal 200,000 ewro. Irraporta dan il-każ lil awtoritajiet b’mod li ingħata bidu għal dik imsejjha bħala Operazione Last Bet.  Dak li seħħ wara għeżżeż il-futbol fl-Italja.

B’turija ta’ dan ingħata rikonoxximent mill-FIFA u mill-Federazzjoni Taljana tal-Futbol. F’dawn l-aħħar snin qed jaħdem fis-settur taż-żgħażagħ fl-Ingilterra ma’ Aston Villa.

Simone Farina

Simone Farina





Leave a comment