Problemi għall-partiti fil-Mosta u s-Sirens

Tuesday, June 14, 2011, 18:00

minn Sandro Micallef

Il-faċċata tal-ground tal-Mosta li minnha ħafna nies se jaraw il-logħbiet mingħajr ma jħallsu

Minkejja li l-amministrazzjoni l-ġdida tal-MFA qed tippjana li sa minn Settembru li ġej il-logħbiet tat-Tieni Diviżjoni u t-Tielet Diviżjoni jintlagħbu f’diversi grounds imxerrda madwar Malta hemm żewġ grounds partikolari li għandhom problema kbira li qed tinkwieta lill-Clubs.

Kull minn xi darba mar jara logħba tal-Youths fil-ground tal-Mosta jew tas-Sirens malajr jinduna li minn naħa waħda dawn il-grounds hemm  il-faċilita’ li ħafna residenti jaraw il-logħob mill-gallariji jew mill-bjut tagħhom li jagħtu veduta perfetta lejn il-ground.

Xi nies intelliġenti fi ħdan il-kunsill tal-MFA issuġġerew li l-MFA taħseb sabiex itella’ speċi ta’ ħajt ta’ boards tar-reklamar sabiex ikunu jistgħu jneħħu l-vista tar-residenti li joqgħodu mal-ġenb ta’ dawn iż-żewġ grounds. Żgur li mhiex se tkun xi biċċa xogħol faċli sabiex titella’ din l-istruttura iktar u iktar meta strutturi bħal dawn jirrikjedu l-permess tal-MEPA. Din l-istituzzjoni diġa’ kellha tintervjeni fil-kwistjoni tal-ground tal-Mosta meta skond il-proposti oriġinali tal-Club Mosti dawn kienu inkludew fuq il-pjanti inizjali li jitla’ ħajt sabiex ikun jista’ tingħalaq din il-parti. Ir-residenti dak iż-żmien kienu opponew bil-kbir din il-proposta li kienet ħadet ħafna fit-tul.





1 Comment

  1. Football follower says:

    Anka l ground tal Hamrun ghandu gallariji jghatu fuq l ground !

    [Reply]

Leave a comment