Preżentazzjoni Tal-Unuri tal-Malta Pool Association

Monday, August 3, 2015, 22:07

Gavin Muscat

Il-Malta Pool Association ippreżentat l-unuri lir-rebbieħa kollha tal-istaġun li għadu kif intemm. Dan kien is-sitta u għoxrin staġun mit-twaqqif ta’ l-assoċjazzjoni.

Ħamrun Liberty żammew it-titlu ta’ champions nazzjonali tal-kampjonati Premier.   Il-konsistenza tat-team matul l-istaġun xejnet l-isfidi  tal-pretendenti l-oħra u waslet biex tat ir-rebħa mistħoqqa. Fit-tieni post spiċċa t-tim ta’ Tarxien Boċċi Club.

Fl-ewwel diviżjoni t-team ta’ Ħamrun Liberty B għeleb lil Top Gun Bar B fil-finali filwaqt li Espadon Bar għelbu lil St. Mary Imqabba fil-finali tat-tieni diviżjoni. Michael’s Bar rebħu l-kampjonati tat-Tielet Diviżjoni bit-tim ta’ St. Vincent De Paule jispiċċa fit-tieni post.

Ħamrun Liberty kisbu r-rebħ wkoll ta’ tliet kompetizzjonijiet oħra. In-knockout riservata għat-timijiet tal-kampjonati Premier u l-Ewwel Diviżjoni, il-kompetizzjoni tal-Milied u dik ta’ l-Għid il-Kbir. L-aħħar unur dak tas- Super Cup intrebaħ minn Tarxien Boċċi Club.

Fil-kampjonati individwali Ryan Pisani ġie preżentat bl-unur ta’ champion nazzjonali  filwaqt li Dejan Grech rebaħ il-kategorija taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax –il sena u Dylan Cassar dik tal-kategorija ta’ taħt it-tlieta u għoxrin sena. Il-kategorija Over 50’s ġiet mirbuħa minn Alfred Attard.

L-assoċjazzjoni tħabbar li qeda tilqa’ reġistrazzjonijiet ta’ clubs ġodda biex jieħdu sehem fl-istaġun li ġej li ser ikollu l-bidu tiegħu fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru. Dawk kollha nteressati għandhom jagħmlu kuntatt mas-segretarju tal-assoċjazzjoni Vincent Degiorgio fuq 79499117.

Tarxien Boċċi Club(captain)

 

 

Ħamrun Liberty(captain)

 

 

Ryan Pisani(nofs)

 

 

Dylan Cassar(nofs)

Dejan Grech(nofs)

 

 





Leave a comment