Preview ta’ Valletta vs Floriana u Terence Scerri bħala mistieden f’Valletta Side llejla

Thursday, March 29, 2012, 5:31
Il-mistiedna għal Valletta Side programm numru 26 se jkunu l-Viċi Chairman ta’ Valletta FC Nursery Tonio Zampa, l-attakkant Terence Scerri kif ukoll il-kummentatur tekniku Jimmy Briffa.
Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-ahhar loghba mill-Kampjonat BOV Premier kontra Sliema Wanderers kif ukoll il-loghba li Valletta jmisshom nhar is-Sibt li gej kontra l-arci-rivali eterni Floriana.
Bħal kull gimgha, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma’ plejer glorjuz tal-passat. Din il-gimgha l-intervista se tkun mal-eks plejer Leo Refalo. Lejn l-ahhar tal-programm issir telefonata wkoll ma’ partitarju ta’ Valletta FC.
Barra minn hekk il-partitarji kollha Beltin u anki mhux Beltin ghandhom il-possibilta’ li jibghatu sms’s li jinqraw mill-prezentatur waqt il-programm.
Valletta Side jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fid-9pm fuq Favourite Channel.




Leave a comment