Prestazzjoni tajba mit-tim Malti tal-Brazilian Jiu-Jitsu

Friday, October 23, 2015, 21:47

Gavin Muscat

Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet, tliet atleti minn Brazilian Jiu-Jitsu Team Malta ħadu sehem fil-London Jiu-Jitsu Open fl-Ingilterra, waħda mill-akbar kompetizzjonijiet tal- Jiu-Jitsu li jsiru fl-Ewropa organizzata mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Brazilian Jiu-Jitsu. Tnejn minn dawn l-atleti saħansitra irnexxielhom jirbħu żewġ midalji għal Malta.  Stephan Swain, li ħa sehem fil-kategorija Master, irnexxielu jasal sat-tieni post biex akkwista l-midalja tal-fidda.  Iż-żagħżugħ promettenti Matthew Camilleri, li għad għandu biss 19 -il sena kellu wirja brillanti meta fil-kategorija tal-adulti, ta’ taħt it-30 sena u li kienet komposta minn 20 atleta, irnexxielu mhux biss jasal sal-finali imma wkoll jirbaħa u jikseb il-midalja tad-deheb.  Punt importanti ta’ min isemmi hu li fl-erba’ logħbiet li kellu Camilleri, l-ebda wieħed mill-avversarji tiegħu ma’ rnexxilu jieħu punt minn fuqu, tant li kellu żewġ riżultati kbar ta’ 11-0 u 10-0. It-taħriġ ta’ dawn l-atleti kienu f’idejn Keith Darmanin, il-kowċ ewlieni tal-Jiu-Jitsu ta’ BJJ Team Malta.

——————————————————————————————————————————————————————————————————————–
Gallery

Matthew Camilleri

——————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Stephan Swain

——————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Stephan Swain





Leave a comment