Presidenti tal-futbol idaħħlu l-flus minn imħatri illegali?

Thursday, June 9, 2011, 21:54

Dan ir-rapport t’hawn taħt deher fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal l-Orizzont. Pronta kienet ir-reazzjoni ta’ Victor Scriha President ta’ Valletta li llum inzerta mistieden fil-programm tal-assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol MFA Live ippreżentat minn Mark Attard.

Jean Pierre Farrugia li fil-passat kien jgħin ukoll lill-Floriana FC

Jean Pierre Farrugia li fil-passat kien jgħin ukoll lill-Floriana FC

Sciriha qal hekk b’referenza għad-diskors tad-Deputat Parlamentrai Jean Pierre Farrugia: “Jekk dan id-Deputat Parlamentari għandu xi informazzjoni fuq xi President li jilgħab il-flus bil-betting nistiednu jmur għand il-President tal-MFA u għand il-Kummissarju tal-Pulizija” Sciriha kompla jgħid li b’dak li qal Dr. Jean Pierre Farrugia hu tefa’ dell ikraħ fuq il-Presidenti.

Fil-Parlament kull deputat parlamentari għandu dik li tissejjaħ l-immunita’ parlamentari u allura jekk Farrugia ma jgħidx dan id-diskors barra ħadd mill-Presidenti ma jista’ jagħmillu libell.

L-Artiklu u r-rapport fit-totalita’ tiegħu hawn taħt.

Presidenti tal-futbol idaħħlu l-flus minn imħatri illegali?

minn Aleander Balzan

Fil-Parlament, id-deputat tal-PN Jean-Pierre Farrugia tkellem dwar il-futbol Malti u kif fi kliemu amministraturi ta’ timijiet Maltin qed iduru fuq imħatri klandestini biex ikollhom dħul biżejjed biex isostnu l-ħtiġijiet tat-tim tagħhom.

Hu qal dan meta kien qed jitkellem dwar abbozz ta‘ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob u dwar il-Lotteriji. “Ngħidu li l-isports ibiegħed liż-żgħażagħ mid-droga, però rridu noqogħdu attenti li minflok fid-droga ma jdaħħal­homx fil-koruzzjoni,” saħaq Farrugia.

Tkellem dwar l-allegazzjonijiet li saru fuq it-tim Nazz­jonali Malti fejn allegatament plejers Maltin inxtraw f’logħba internazzjonali kontra n-Norveġja biex imbagħad setgħu jintlagħ­bu l-imħatri fuq ir-riżultat. Qal kif dawn huma każi li qed jiġru f’diversi pajjiżi. Hawn għamel referenza lejn id-diversi każi li qed iseħħu l-Italja fejn qed jingħad li kien hemm 30 logħba mil­qu­tin minn xbieki ta’ korruzzjoni. “Tgħiduli x’għan­du x’jaqsam mal-logħob? Ngħid­­lek għandu x’jaqsam,”qal Farrugia waqt li għadda biex tkellem dwar il-presidenti tal-klabbs lokali. “Napprezza ħafna lill-persuni li għandhom in-negozji tagħhom u jiddedikaw tant ħin biex imexxu l-klabbs. Napp­rezza li jittrasferix­xu l-għerf tagħhom ta’ kif tmexxi kumpa­nija biex il-klabbs ikollhom mhux biss bażi finanzjarja iżda wkoll am­mi­nistrattiva. Jib­qa’ l-fatt li minkejja s-sag­rifiċċ­ji li jagħmlu xi kultant mhumiex kuntenti b’li jiksbu,” qal Farrugia

Waqt li reġa’ faħħar ħidmiet­hom għadda biex għamel allegazzjonijiet ta’ ċertu serjetà. “Dawn il-presidenti li mingħajrhom żgur ikun hemm problemi kbar, ma jagħmilx sens li minflok huma jissodisfaw ruħhom mis-set up amministrattiv huma wkoll jagħtu l-impressjoni, anke jekk ma jkunx vera, li jkunu marru oltre li mhux biss jinċentivaw lill-plejers tagħ­hom imma li jkunu sa­ħan­sitra avviċinaw lit-tim oppost. Jgħiduha mhux pubb­­li­ka­ment imma apertament. Naħseb li l-MFA għandha tindirizza din il-perċezzjoni. Hi per­ċezzjoni iżda l-qasba ma ċċaq­ċaqx għalxejn,” huwa qal.

Kien hawn li qal li meta persuna tkun qed toħroġ flejjes kbar jaf tistenna xi ħaġa lura. Kien hawn li semma kif jeżisti l-logħob klandestin. “Jirriżulta li ħafna drabi jista‘ jkun il-każ li d-dħul ikun ġej billi jintlagħbu l-flus u jkunu ġew avviċinati plejers tal-futbol biex l-imħatri li jkunu saru dwar dik il-logħba jintrebħu biex min ikun qed imexxi l-klabbs ikollu dħul biżżejjed biex jibqa’ għaddej. Malta żgħira u n-nies magħrufa,” qal Farrugia.

Kien hawn li appella biex isir sforz biex ikun hawn kum­pa­niji ta’ ‘betting’ legali. “Imbagħad ikunu jistgħu jitħaddmu mekkaniżmi kontra l-frodi fl-Italja,” qal Farrugia.­

B’refe­ren­za għal dan tkellem id-deputat Laburista Joe Debono Grech li qal li hu minnu li ti­mijiet Maltin qed jidħlu għal spej­­jeż li ma jifilħux għalihom.





7 Comments

  1. Jean-Pierre Farrugia says:

    jekk tisimghu clips minn dak li ghedt fil-Parlament taraw li dak li ghedt ghedtu b’qies u b’qima lejn min qed jerfa’ l-piz tal-football lokali sew centralment kif ukoll fil-clubs.
    http://gov.mt/frame.asp?l=1&url=http://www.parliament.gov.mt billi :
    1. taht select type of record taghzel debates
    2. taht eleventh legislature taghzel sitting 360
    3. id-diskors tieghi(20 minuta)u tal-Onor Debono Grech ezatt warajja qieghed minn 1 hour 58 min
    lil hemm

    Qed nifhem li qghadtu fuq ir-rapporti tal-media.

    [Reply]

  2. Antoine attard says:

    Ma nista’ nahlef ghal hadd ovvjament, kif ma nistax nahlef li ebda membru parlamentari, civil servant, etc…ma jdahhalx flus minn sorsi illegali.
    Li nista’ nghid hu li jien ili involut dirett fil-futbol Malti mill-1999, u nista’ nghidilkom b’certezza li l-maggoranza assoluta ta’ klabbs li ma kellhomx President u xi 4 membri ohra jikkontribwixxu jinsabu fi stat tassew amateur li ma jixraqx ghaz-zmenijiet tal-lum [ ghal grazzja t'Alla kien hawn improvement kbir minn kull klabb dan l-ahhar wara ghajnuna kbira mill-MFA u l-gvern centrali]. MIn kellu/ghandu President johrog il-flus u fuq kollox, jaf imexxi, mexxa lill-KLabb tieghu ‘l quddiem hafna. Hawn infakkar li l-futbol jghin biex jimtlew bednights fil-lukandi f’perjodi bhal Frar u Marzu. Dr Jean Pierre kien ghal zmien twil vicin il-Klabb taghna u Joe Debono Grech ma jitlifx loghba ta’ BKara, ma nafx ghalfejn tkellmu hekk..sakemm ovvjament ma jafux xi haga bil-provi, fejn ikollhom id-dmir [li nemmen li jerfghuh] u jitkellmu. Il-futbol rega’ ha daqqa l-isfel wara l-allegazzjoni ta’ korruzzjoni fil-loghba Norvegja-Malta. Kummenti bhal taz-zewg deputati zgur ma jaghmlux gid. Nispera li issa ghax spicca l-ahbarijiet fuq id-divors u l-ahbarijiet jonqsu fi-sajf ma naqbdux mal-futbol. Klabbs bhal Sliema, Zejtun, Cospicua u Sirens ghandhom [kellhom fil-passat vicin] MPs fil-kumitati taghhom; forsi z-zewg deputati jistghu jitkellmu mal-kollegi taghhom jekk jafu xi haga. Hawn hekk nappella biex aktar MPs joffru ftit aktar hin prezzjuz taghhom u jidhlu aktar fl-isport [jekk ikun hemm MP fil-kumitat, dan ma jhalliex wisa ghal min jidhol b'agenda personali ghax ovvjament hawn numru ta' 'karattri' jigru mas-saqajn ta' certu klabbs li prima facie ma tantx jaghtu image tajba], kemm fil-kumitat jew vicin..tinsewx li bis-sahha tal-futbol, qed niggieldu b’mod konkret l-obesita’ u nevitaw diversi vizzji hziena liz-zghazagh taghna. Antoine Attard MA (Econ), Tezorier Hamrun Spartans F.C. [il-kummenti ta' hawn fuq huma tieghi personali u mhux bilfors jaqblu ma xi pozizzjoni ufficjali li jista' johrog il-Klabb 'il quddiem]

    [Reply]

    Jean-Pierre Farrugia Reply:

    X’hemm Antoine. Is-serjeta’ tieghek hi l-akbar garanzija.

    Gentilment nitlob li tara x’ghidt ezattament permezz ta’ audio file li tista’ tnizzel mill-pagna http://gov.mt/frame.asp?l=1&url=http://www.parliament.gov.mt billi :
    1. taht select type of record taghzel debates
    2. taht eleventh legislature taghzel sitting 360
    3. id-diskors tieghi(20 minuta)u tal-Onor Debono Grech ezatt warajja qieghed minn 1 hour 58 min
    lil hemm

    Qed nifhem li qghadtu fuq ir-rapporti tal-media.
    Issa l-President tal-MFA stess qed jikkonferma li illegal betting is a top concern.
    Min jara media taljana jrid japprezza li ghax l-iscommesse kienu legali li skattaw investigazzjonijiet kontra l-frodi. Hawn – u qed nghixu f’villagg wiehed wara kollox minhabba l-web – kollox klandestin.

    Bhalma politici kultant ma jarawx ‘the writing on the wall’ hekk ukoll leaders f’oqsma ohra. ninsab sodisfatt izda li l-MFA qieghda ffukata hafna – ‘eyes on the ball’.

    Re Robert Arrigo – min jaf ghaliex ma baqax imexxi l-club li tant ihobb? Il-football lokali ga wera li mhux kompatibbli ma’ gudikatura u hekk jew b’hekk hemm decizjoni tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja mmexxija mill-ET President tar-Republika li tipprekludi dan.

    Kun int ukoll li tixpruna l-indafa Antoine.

    [Reply]

  3. clinton (belt biss) says:

    jaf min huwa dan il president? jek iva il ghaliex qalla fil parlament biex ma tkunx tista tfitxu jekk hu ragel bizzejjed jaghmel dak li qallu is sur vic l unika pres bil bajd li jmur bl informazjoni ghand il pulizija u ghand l mfa mux l ewwel titfa il gebla umbat tahbi ijdek. sur farrugia jekk int ragel bizejed erga ghajd dak li ghat fil publiku halli jkunu jistaw jitihdu passi u mhux fil parlament

    PROSET SAN VICTOR SCRIHA INT PRESIDENT BIL BAJD U THALIJX IL TA KONTRIJNA IBAQBQUK ax dak min ta hdejna

    [Reply]

    Jean-Pierre Farrugia Reply:

    Is-Sur Victor ma jixraqlux dal-kliem baxx.

    Bhalma hu fl-ahhar snin imliekom b’sodisfazzjon, jien ilni naghti servizz bhala tabib tal-familja lil eluf ta’ beltin mal-25 sena.

    Li ghedt dwar il-loghob klandestin ikkonfermah il-President tal-MFA – u fiducjuz li jsib il-mekkanizmi kif isib tarf ta’ din il-pjaga li qed tkisser il-football fid-dinja kollha.

    [Reply]

  4. paul says:

    Naqbel mieghu…….Tinten l-affari

    [Reply]

Leave a comment