President ġdid għall-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero

Wednesday, February 17, 2016, 21:35

Gavin Muscat

Waqt il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret fl-aħħar jiem, Omar Busuttil (xellug) inħatar bħala l-President ġdid tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero.

Hu ġie nominat mill-eks President Joseph F. Borg (lemin), li rriżenja għal raġunijiet familjari, u kien approvat b’mod unanimu minn dawk kollha preżenti.

Fl-ewwel diskors tiegħu, Omar Busuttil wera’ l-apprezzament tiegħu għall-fiduċja mill-membri kollha tal-Kumitat u qal li jinsab onorat li se jmexxi grupp magħqud. Filfatt irrimarka li l-membri tal-Kumitat li rriżenjaw riċentament kollha kienu preżenti għal din il-laqgħa u se jibqgħu jgħinu fil-ħidma tal-klabb.

Kompla li minkejja l-ħatra tiegħu, il-klabb xorta waħda jibqa’ tal-membri u wiegħed li se jaħdem b’umilta’ biex il-klabb jimxi mal-motto tiegħu li jkun ‘Klabb mill-membru għall-membru’.

Matul l-istess laqgħa, Marlon Hili nħatar Viċi President tal-klabb waqt li Jean Borg se jibqa’ jżomm il-kariga ta’ Segretarju.

Dan filwaqt li David Baldacchino issa se jokkupa l-kariga’ ta’ Teżorier fuq nomina ta’ Max Zammit, li se jkun qed jaħdem bis-sħiħ fil-kumitat bi rwol differenti. Peter Paul Cassar ħa l-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali.

Fil-kumitat ġie approvat John Sant bħala membru.

Intant Joseph F. Borg u James Mizzi ġew approvati bħala Presidenti Onorarji u issa jingħaqdu ma’ George Camilleri.

President - Omar Busuttil u l-eks President Joseph Borg





Leave a comment