Premjazzjoni mill-UEFA għall-plejers lokali b’aktar minn 100 partita internazzjonali

Monday, October 3, 2011, 16:33

Il-Malta Football Association habbret li f’Ġunju li għadda, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA, iddeċieda li jippremja lil dawk il-plejers nazzjonali Ewropej li lagħbu 100 partita u aktar mat-tim nazzjonali tagħhom.

Malta għandha erba’ plejers li jidħlu f’din il-lista Ewropea li huma; David Carabott, Carmel Busuttil, Joe Brincat u Gilbert Agius. Il-plejers se jingħataw beritta u midalja kommemorattivi mibgħutin mill-UEFA għall-okkażjoni.

Dawn il-plejers se jiġu premjati fil-11 ta’ Ottubru 2011 qabel il-partita valida mill-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni Ewropew bejn Malta u l-Iżrael.

L-MFA tirringrazzja lil dawn il-plejers tas-servizz twil li taw lill-futbol lokali u lit-tim nazzjonali Malti, waqt li tħeġġeġ lill-pubbliku jkun preżenti għal din il-preżentazzjoni u l-partita.





Leave a comment