Prandelli iħabbar skwadra ta’ 27 plejer

Tuesday, March 19, 2013, 22:20

minn Andre’ Xuereb

Il-Kowċ tal-Italja Cesare Prandelli , il-Ħadd 17 ta’ Marzu wara nofsinhar ħabbar il-lista ta’ 27 plejer għaż-żewġ logħbiet li għandhom l-Italja kontra l-Brażil f’ logħba ta’ ħbiberija fil-21 ta’ Marzu u għal-logħba ta’ kontra Malta fis-26 ta’ Marzu.

Bħala Goalkeepers, Prandelli għażel lil Gianluigi Buffon (Juventus FC) ,Morgan De Santis (Napoli FC),Federico Marchetti (Lazio FC) , Salvatore Sirigu (Paris St Germain),bla ebda dubju dawn huma l-aqwa erba’ Goalkeepers Taljani tal-mument u ma kien hemm l-ebda sorpriża fl-għażla ta’ Prandelli

Bħala Difensuri , Prandelli għażel lil Ignazio Abate (Milan FC) , Luca Antonelli (Genoa FC) , Davide Astori (Cagliari FC),Andrea Barzagli (Juventus FC) , Leonardo Bonucci (Juventus FC) , Giorgio Chiellini (Juventus FC) , Mattia De Sciglio (Milan FC) , Christian Maggio (Napoli FC) , Andrea Ranocchia (Inter FC).Id-difensuri Davide Santon,Federico Peluso u Davide Gastaldello li kienu ġew mgħajjta fl-aħħar logħba tal-Italia kontra L-Olanda tħallew barra.L-eks difensur ta’ Milan u Parma,Antonelli ġie mgħajjat għat-tielet darba man-nazzjonal u Mattia De Sciglio żgħażugħ ta’ 20 sena  għadu qed jistenna b’ ħerqa li jagħmel id-debutt tiegħu man-nazzjonal.Fl-ewwel sessjoni ta’ training ,Chiellini weġġa u għaldaqstant għadu mhuwiex magħruf jibqax parti mill-iskwadra tas-27.

Bħala Midfielders ,intgħażlu Antonio Candreva (Lazio FC) , Alessio Cerci (Torino FC) , Daniele De Rossi(Roma FC), Alessandro Diamanti (Bologna FC) , Emanuele Giaccherini (Juventus FC) , Claudio Marchisio (Juventus FC) , Riccardo Montolivo (Milan FC) , Andrea Pirlo (Juventus FC ) , Andrea Poli (Sampadoria FC) .L-Midfielder ta’ Roma FC Alessandro Florenzi ma ġiex mgħajjat mal-iskwadra ta’ 27 .Alessio Cerci ġie kkonvokat għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Taljan , Cerci lagħab b’ kollox 6 darbiet mat-tim tal-U21 , il-wirjiet li huwa kellu din is-sena ma’ Torino kienu determinanti biex ikkonvinċew lil Prandelli biex itiħ ċans.Iż-żgħażugħ ta’ Sampadoria Andrea Poli ġie msejjaħ ukoll mal-iskwadra , Poli ddebutta’ mal-iskwadra nazzjonali fil-logħba ta’ ħbiberija Italia-Ingilterra t’Awissu 2012.Neqsin  mill-iskwadra,l-Playmaker ta’ Paris St Germain Marco Verratti u l-midfielder ta’ Milan Antonio Nocerino.

L-attakanti magħżula huma Mario Balotelli (Milan FC) ,  Stephan El Shaarawy (Milan FC) , Alberto Gilardino (Bologna FC) , Sebastian Giovinco (Juventus FC) , Pablo Daniel Osvaldo (Roma FC). Neqsin mill-iskwadra L-attakant ta’ Roma Mattia Destro, l-attakant ta’ Liverpool Fabio Borini u l-attakant ta’ Milan Giampaolo Pazzini. Destro kien nieqes mil-logħob minħabba injury,  Borini soffra injury f’ spalltu fir-rebħa ta’ Liverpool ta’ 5-0 kontra Swansea u għaldaqstant ser jitlef l-kumplament tal-istaġun, filwaqt li Pazzini sofra injury kontra Genoa FC.

F’ konferenza tal-aħbarijiet Prandelli iddikjara li l-Italja ser ifittxu li jagħlqu l-logħba kontra Malta mill-aktar fis . Balotelli u El Shaarawy ma kienux lagħbu f’ Modena f’Settembru li għadda f’ Italia 2-0 Malta (5′ Destro ,90+ Peluso) għaldaqstant Prandelli qed jistenna li l-Italja permezz ta’ dawn iż-żewġ attakanti tkun perikoluża sa’ mill-ewwel minuti.

 





Leave a comment