Powerade Cup 2013

Tuesday, August 20, 2013, 9:40

F’ konferenza stampa li saret illum gewwa il-kazin tal-Hamrun Spartans FC gew ipprezentati id-dettalji rigward it-turnament tal-Hamrun Spartans Powerade Cup 2013 li ser jintlaghab gewwa il-Victor Tedesco Stadium.  It-turnament jibda nhar il-Hamis 22 ta’ Awwissu u jintemm fl-4 ta’ Settembru 2013.

Is-Sur Joe Borg, Media Officer tal-klabb irringrazzja lis-Sur Adrian Bonello, rapprezentant tal-General Soft Drinks li huma l-agenti tal-marka Powerade li huma l-isponsors ufficjali ta’ dan it-turnament.  Huwa irringrazzja wkoll lis-Sur Bryan Degabriele, organizzatur u membru tas-Supporters Club ghall-impenn taghhom biex jorganizzaw ghal darba ohra dan it-turnament li issa sar avveniment annwali fil-kalendarju tal-klabb. Ghal dan it-turnament ser jippartecipaw 6 timijiet tal-1 divizjoni li huma Hamrun Spartans, Pieta Hotspurs, Gzira United, Zejtun Corinthians, Msida St Joseph u Gudja United.  Huwa heggeg lis-sapporters ta timijiet partecipanti biex jattendu ghall-loghob halli b’ hekk ikunu qed jghinu finanzjarment lill-klabbs taghhom filwaqt li jiehdu gost jaraw lit-tim favorit taghhom. Hu heggeg biex it-turnament jintlaghab fi spirtu sportiv u biex iservi bhala thejjija ghall-loghjob tal-kampjonat.
Fil-konferenza stampa tkellem wkoll Bryan Degabriele li ta’ izjed  dettalji fuq dan it-turnament kif ukoll informazzjoni dwar il-loghba li ser tintlaghab kontra Zebbug Rangers ghat-Trofeo Brenton Mifsud nhar il-Gimgha 23 ta’ Awwissu 2013 fit 8.15pm .  Hu irringrazzja wkoll lir-rapprezentanti tal-klabbs li attendew ghal din il-konferenza.
Tkellem ukoll is-Sur Adrian Bonello, rapprezentant tal-Powerade li spjega kif il-kumpanija tieghu tghin b’mod dirett mhux biss fil-futbol imma fi kwalunkwe dixxiplina sportiva. Huwa xtaq kull success lit-timijiet kollha.




Leave a comment