Pool:Jintlgħabu il-finali tat-tieni ranking tournament

Sunday, October 25, 2015, 21:45

Gavin Muscat

It-tieni ranking tournament tal-istaġun 2015/16, organizzat mill-Malta Pool Association, ġie fi tmiemu din il-ġimgħa meta ntlagħbu l-erba’ finali f’ kategoriji differenti.

Fil-finali tal-irġiel Anton Cuschieri kiseb rebħa ta’ 8-4 fuq Miguel Falzon u b’ hekk telgħa jokkupa t-tieni post tal-klassifika 40 punt taħt il-kapolista Johan Attard.  Fil-kategorija taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax –il sena, f’ finali mill-aktar eċitanti, Scott Muscat għeleb lil Dejan Grech 7-5 u telgħa jokkupa l-ewwel post tal-kategorija flimkien mal-istess Grech.

Fil-kategorija taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tlieta u għoxrin sena Troy Zammit kiseb rebħa fantastika ta’ 8-3 meta fil-finali għeleb lil Dejan Grech.  Il-kategorija tal-irgiel akbar minn ħamsin sena rat ir-ritorn għar-rebħ ta’ Brian Grech li fil-finali għeleb lil Tonio Mifsud bl-iskor konvinċenti ta’ 8-2.  Grazzi għal din ir-rebħa Grech telgħa jokkupa l-ewwel post tal-klassifika tal-kategorija flimkien ma’ Ray Caruana.

It-tielet tournament tal-istaġun ser ikollu l-bidu tiegħu it-Tnejn 2 ta’ Novembru u ser jintlagħab ġewwa Ian’s Sports Club Żebbuġ.

——————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Gallery

Anton Cuschieri

——————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Brian Grech

——————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Scott Muscat

——————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Troy Zammit





Leave a comment