Pool: Wayne Bonnici jirbha l-ewwel tournament ta’ l-istangun

Saturday, October 18, 2014, 13:00

Il-Malta Pool Association organizzat l-ewwel ranking tournaments minn serje ta’ 7 li ghandha programmatic ghal dan l-istagun. Fil-kategorija ta’ l-irgiel Wayne Bonnici, li jilghab ma’ Domus Kids, gheleb lil Johan Attard ta’ Top Gun Bar bl-iskor konvincenti ta’ 9-5 biex b’ hekk kiseb post fit-tim nazzjonali Malti A li ser jirraprezenta lil pajjizna fil-kampjonati Ewropej li ser issiru gewwa pajjizna bejn l-15 u l-20 ta’ Frar.

Fil-kategorija ta’ zghazagh ta’ taht it-tminntax –il sena hareg rebbieh Christ Zaffarese ta’ Tarxien Bocci Club li fil-finali gheleb lil Owen Amato bl-iskor ta’ 7-5. Il-player ta’ Hamrun Liberty, Dylan Cassar, kiseb ir-rebh ta’ l-ewwel tournament tal-kategorija ta’ taht it-tlieta u ghoxrin sena meta fil-finali kiseb rebha ta’ 8-5 fuq il-player tat-tim tieghu Ryan Pisani.

Il-finali ta’ Over 50’s laqghet zewg players ta’ Top Gun Bar fejn Marcel Micallef gheleb lil Alfred Attard bl-iskor ta’ 8-6.

Mehmuz ghandek issib ritratt ta’ Wayne Bonnici u Johan Attard finalisti tal-kategorija ta’ l-irgiel.





Leave a comment