Pool: Qormi Football Ground Jiksbu r-Rebħ tal-Christmas Cup

Wednesday, December 28, 2016, 14:42

Gavin Muscat

It-tim ta’ Qormi Football Ground għalqu s-sena b’ nota positiva bir-rebħ tal-Malta Sightseeing Christmas Cup Tournament li ġie organizzat mill-Malta Pool Asssociation.  Fil-final it-tim Qormi għeleb lil Ħamrun Liberty bl-iskor konvincenti ta’ 10-5.  B’ dan ir-riżultat it-tim minn Ħal Qormi kiseb rivinċita fuq l-istess Ħamrun Liberty meta dawn ta’ l-aħħar kisbu l-unur tal-Heineken Team Knockout Tournament ftit ġimgħat ilu b’ rebħa fuq l-istess tim ta’ Qormi Football Ground fis-semi-finali.

It-tim rebbieħ kien kompost minn Wayne Bonnici, Christ Cortis, Clayton Attard, Anton Cuschieri, Miguel Falzon, Claudio Cassar, Andrew Ciantar, Ryan Falzon u Ryan Pisani.

L-assoċjazzjoni tħabbar li l-kampjonati tat-timijiet Bavaria, li fijhom ser jieħdu sehem 50 tim, se jkollhom bidu fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.

Qormi Football Ground

Ħamrun Liberty





Leave a comment