Pool: Malta’s participation in the 2016 European Pool Championships

Thursday, March 10, 2016, 15:45

Malta’s participation in the 2016 European Pool Championships held in France

The Maltese contingent left Malta on Sunday 14th February. This is their story on their road to victory at this prestigious tournament

BIDU NEGATTIV GĦAT-TIMIJIET MALTIN

It-timijiet Maltin, li qedin jieħdu sehem fil-kampjonati Ewropej ġewwa Franza, ma’ kellhomx bidu feliċi meta sfaw megħluba mit-timijiet nazzjonali Ingliżi.

It-tim Malti fil-kategorija Over 50′s tilef 5-4 filwaqt li t-tim taz-żgħażagħ ta’ taht it-tlieta u għoxrin sena sefa megħlub bl-iskor ta’ 6-3.  It-tim ta’ l-irġiel ikun inpenjat għada f’ żewġ logħbiet kontra Reunion Islands u l-Portugall.

Christ Tabone, Antione Aquilina, Dylan Cassar, Jason Agius, Kevin Mercieca għadew għall-ewwel fazi tal-kampjonati individwali ta’ l-irġiel filwaqt li l-players Anton Cuschieri u Lothar Mallia sfaw eliminat.

———————————————————————————————————————————————————-

Aktar Riżultati Prestigjużi Għat-Timijiet Maltin

It-timijiet nazzjonali Maltin tal-Pool komplew jiksbu aktar riżultati prestigjużi. It-Tim ta’ l-irġiel kiseb tliet rebhiet importanti meta għeleb lit-Tim nazzjonali Ingliz, champions mondjali, bl-issir ta’ 8-7, lill-Irlanda 10-5 u lil Franza 11-4.

It-Tim taz-żgħażagħ ta’ taht it-tliet a u għoxrin sena kiseb rebha tajba ta’ 7-2 fun it-Tim nazzjonali Franciz filwaqt li t-Tim Malti tal-Overs 50′s għeleb lil Irlanda B 6-3.

Fil-kampjonati individwali tal-kategorija Over 50′s Ray Caruana u Marcel Micallef avvanzaw għat-Tieni fazi filwaqt li Dylan Cassar ikkwalifka għall-ewwel fażi tal-kategorija taz-żgħażagħ.

———————————————————————————————————————————————————-

MALTA CHAMPIONS EWROPEJ

Għat-tieni sena konsekuttiva t-tim nazzjonali Malti tal-Pool rebaħ il-kamjonati Ewropej tal-kategorija ta’ taht it-tlieta u għoxrin sena li saru gewwa Franza.

Fil-finali t-tim Malti għeleb lit-tim nazzonali Ingliz bl-iskor ta’ 5-4. It-tim Malti, li kien imexxi minn Vincent Degiorgio, kien kompost minn Ryan Pisani, Lothar Mallia, Dejan Grech u Dylan Cassar.

Sadannitant it-tim nazzjonali ta’ l-Irġiel kien pass bogħod milli jirbah it-tiltlu wara li hareg tellief fil-finali kontra t-tim nazzjonali Ingliż bl-iskor ta’ 8-7.  Ta’ min isemmi li t-tim Malti kien qiegħed igawdi vantaġġ ta’ 7-4 u kien jonqsu frame wiehed biss biex jirbah l-unur.

Fl-istess kampjonati l-player Malti Johan Attard rebah l-unur ta’ l-Aqwa Player tat-Tournament fil-kategorija ta’ l-Irġiel.

It-timijiet Maltin jirritornaw Malta għada (Il-Ħadd) fl- 10.25 pm minn Pariġi.

The Maltese U-23 Pool Team

 





Leave a comment