Pool: Malta fil-Kampjonati Mondjali Tal-Pool

Friday, June 23, 2017, 11:53

Malta ser tiehu sehem fil-kampjonati mondjali tal-Pool li ser issiru gewwa Blackpool, l-Ingilterra, bejn l-24 ta’ Gunju u s-6 ta’ Lulju. Il-Malta Pool Association ser tibghat erba’ timijiet f’ dawn il-kampjonati fil-kateogirji ta’ l-irgiel, Under 18’s, Under 23’s u Over 50’s. Bhal kull sena l-assocjazzjoni tibghat l-akbar kontingent Malti jikkompenti f’ kampjonati mondjali tal-Pool.

It-tim ta’ l-irgiel ser ikun kompost minn Wayne Bonnici, Antione Aquilina, Duncan Pisani, Clayton Attard, Warren Falzon, Brendan Falzon, Anton Cuschieri, Ray Caruana u Kevin Mercieca. It-team taz-zghazagh ta’ taht it-tminntax –il sena ser ikun kompost minn Joseph Zammit, Steve Muscat, Jak Carabott, Christian Mifsud u Deacon Formosa. It-team taz-zghazagh ta’ taht it-tlieta u ghoxrin sena jinkludi lil Dylan Cassar, Dejan Grech, Ryan Pisani u Scott Muscat filwaqt li t-tim ta’ l-Over 50’s ser kompost minn Brian Grech, Tony Mifsud, Marcel Micallef, Christ Mills u Alfred Attard.

Carmel Cilia ser ikun il-manager tat-tim ta’ l-irgiel, Saviour Mifsud ser imexxi t-tim ta’ l-Under 18’s u Pasqaule Sciberras ser imexxi t-tim ta’ l-Under 23’s filwaqt li Brian Grech ser ikun captain tat-tim ta’ l-Over 50’s.

Barra l-kampjonati tat-timijiet kull player ser ikun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali kif ukoll f’ tournament prestigjuz imsejjah World Masters Tournament.

Vincent Degiorgio, segretarju tal-Malta Pool Association ser ikun l-ufficjal inkarigat mill-kontingent Malti.





Leave a comment