Pool: Il-kampjonati nazzjonali Bavaria tal-Pool

Monday, June 12, 2017, 11:23

Il-kampjonati nazzjonali Bavaria tal-Pool, organizzati mill-Malta Pool Association, qed jigi fi tmiem taghhom bil-finali ta’ kull divizjoni.  Fil-kampjonati Premier Qormi Football Ground zammew it-titlu b’ rebha ta’ 10-9 fuq l-eqreb rivali Hamrun Liberty. Il-player Anton Cuschieri, li huwa champion Ewropej renjanti, kiseb id-draw ghat-tim Qormiz kif ukoll rebah il-frame decisiv bi ‘clearance terrifikanti.

Fil-kampjonati Bavaria tat-tieni divizjoni 9 Ball Café kisbu rebha ta’ 10-9 kontra t-tim  St. Mary Imqabba.

Il-finali tal-kampjonati ta’ l-Ewwel u t-Tielet Divizjoni ser jintlaghabu t-Tnejn u Tlieta rispetivament filwaqt li t-timijiet ta’ Qormi Football Ground u Hamrun Liberty jergu jiltaqghu nhar il-Gimgha din id-darba fil-finali tas-Super Cup.





Leave a comment