- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Pool: Ħamrun Liberty u 9 Ball Cafe jirbħu l-ewwel unuri tal-istaġun

Posted By Sportinmalta On November 30, 2016 @ 7:44 pm In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Ħamrun Liberty A kisbu r-rebħ l-ewwel unur tal-istaġun meta fil-finali tal-Heineken Team Knockout, riservata għat-timijiet tad-divizjonijiet Premier u l-Ewwel Diviżjoni, għelbu lit-tim ta’ Domus Kids bl-iskor ta’ 10-7.  It-tim rebbieħ kien kompost minn Duncan Pisani, Jason Agius, Dylan Cassar, Dejan Grech, Rudolph Gellel, Johan Attard, Ray Caruana, Marius Gatt, Kevin Mercieca u Joseph Grima.

Fil-finali tal-kompetizzjoni riservata għat-timijiet tat-Tieni u Tielet Diviżjoni t-tim ta’ 9 Ball Café kiseb rebħa konvinċenti ta’ 10-6 fuq it-tim ta’ Ħamrun Liberty B. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li t-tim mill-Qawra kiseb ir-rebh ta’ dan l-unur.  It-tim rebbieħ kien kompost minn Tony Zahra, Ranier Felice, Ivan Farrugia, Marlon Bugeja, John Zammit, Stanley Muscat, Edric Galea, James Fenessy, Joseph Psaila u Ivan Bonello.

Dawn il-kompetizzjoni ġew organizzati mill-Malta Pool Associaiton u ġentilment sponsorjati minn Heineken.

Ħamrun Liberty A

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/pool-hamrun-liberty-u-9-ball-cafe-jirbhu-l-ewwel-unuri-tal-istagun/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.