- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Pool: Aktar rizultati positivi ghat-timijiet Maltin

Posted By editor2 On June 28, 2017 @ 10:45 am In Featured,Pool | No Comments

It-timijiet Maltin li qedin jiehdu sehem fil-kampjonati mondjali gewwa Blackpool kisbu aktar rizultati positivi.

It-tim taz-zghazagh ta’ taht it-tlieta u ghoxrin sena kiseb rebha konvincenti ohra ta’ 7-2 fuq it-tim nazzjonali ta’ l-Indja biex b’ hekk zamm l-ewwel post b’ punti massimi.

It-tim Malti ta’ l-Over 50′s ukoll kiseb rebha ohra importanti ta’ 13-12
fuq l-Indja u b’hekk baqghu jokkupaw it-tieni post bi tliet rebhiet minn
erba’ loghbiet.

Sfortunatament it-tim Malti ta’ l-Irgiel sofra telfa ohra din id-darba kontra l-Marokk bl-iskor ta’ 13-8

Ghada l-Hamis ser tkun il-gurnata riservata ghall-kampjonati individwali bil-players Maltin kollha jkunu mpenjati fil-kategoriji rispettivi taghhom.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/pool-aktar-rizultati-positivi-ghat-timijiet-maltin/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.