Poloz Regatta Jum il-Ħelsien 2019

Thursday, March 28, 2019, 10:37

Telgħu l-poloz għar-Regatta ta’ Jum il-Helsien li se ssir fil-port il-Kbir nhar il-Ħadd li ġej. Il-poloz ġew imtella’ waqt konferenza tal-aħbarijiet li ġiet indirizzata mill-President tal-Għaqda Regatta Nazjonali u Qdif ieħor  Stephen Paris u s-Segretarju Parlamentari għall-isport Clifton Grima.

B’kollox se jsiru 11-il tigrija: ħamsa tal-kategorija A għar-rebh tax-shield tal-Ħelsien, ħamsa ta’ Kategorija B u għal darb’oħra se ssir tiġrija għal qaddiefa nisa.

Din se tkun l-40 edizzjoni tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien u għal dan il-għan l-Għaqda Regatta Nazzjonali ħadet ħsieb li tirrestawra x-shield ta’ kategorija A. Tħabbar ukoll li ġiet ikkummisjonata shield għat-tiġrija tan-nisa.

Ġie żvelat ukoll il-logo ġdid tal-assoċjazzjoni, logo li ntgħazel permezz ta’ kompetizzjoni u li jirrapereżenta kemm il-qdif tradizzjonali Malti kif ukoll dak internazzjonali.

L-ewwel tiġrija nhar il-Ħadd li ġej se tibda fin-nofs siegħa u tkun dik tal-Frejgatini għall-qaddiefa nisa.

 





Leave a comment