Poker Slimiż f’rebħa bla diskussjoni

Monday, August 19, 2013, 13:14

Minn Robert Busuttil
Sliema W ……..4
Qormi ………….0

Doppjetta kull wieħed ta’ Stanley Ohawuchi u Andrea Navarra għamlu d-differenza kollha f’logħba li s-Slimiżi rnexxielhom jirbħu b’mod mill-aktar konvinċenti. Riżultat li ddiżappunta mhux ftit lill-partitarji ta’ Qormi li ppretendew bidu differenti fl-ewwel ħarġa tagħhom fil-Kampjonat Premier.
Sliema marru fil-vantaġġ fit-33 minuta meta wara korner ta’ Matias Muchardi sab lil Stefano Bianchardi li qassam lil STANLEY OHAWUCHI li bir-ras ċaqlaq ix-xibka Qormija għall-ewwel darba.
Il-Wanderers irduppjaw erba’ minuti wara meta John Mintoff sab b’mod tajjeb lill-istess STANLEY OHAWUCHI li b’xutt djagonali għeleb għat-tieni darba l-gowler Farrugia.

Fl-64 minuta daħal jilgħab is-sostitut ANDREA NAVARRA  minflok Pape Gueye. Dan il-plejer żagħżugħ Taljan mal-ewwel ħalla l-impatt tiegħu meta skorja doppjetta fis-76 u fis-86 minuta wara passaġġi preċiżi ta’ Ohawuchi u Muchardi rispettivament.
Mat-tisfira finali tar-referi Trustin Farrugia Cann rat il-bixra ta’ ferħ f’wiċċ il-plejers Slimiżi li fetħu dan il-Kampjonat Premier bl-aqwa mod li qatt setgħu jimmaġinaw.





1 Comment

  1. Gordon G Camilleri says:

    Ma niftakar qatt lil Qriema jilghabu daqsek hazin ma Sliema ! ilni insegwi it-team li tant inhobb ghal dawn lahar 5 snin u qatt ma rajthom fdan id-disastru kontra is-Sliema. nispera li jaghtu risposta li-suporters is-sibt li gej kontra Naxxar.

    [Reply]

Leave a comment