Poker Sliemiż fuq Qormi

Tuesday, February 22, 2011, 8:00
Ir-ritorn ta' Doncic ma' Sliema jidher li qed iħalli l-frott

Ir-ritorn ta' Doncic ma' Sliema jidher li qed iħalli l-frott

minn Cristain Muscat

Sliema 4 v Qormi 0

Il-bieraħ mill-Kampjonat BOV Premier 2010/11, Sliema Wanderes komplew jimpressjonaw meta għelbu lil Qormi bl-iskor kbir ta’ 4-0. L-ewwel gowl għall-Wanderers wasal minn jean Pierre Mifsud Triganza fit-23 minuta li għeleb lill-goalkeeper Matthew Camilleri permez ta’ xutt sabiħ mix-xellug wara li ġie servut minn Steve Bezzina.

Il-Wanderers irdoppjaw l-iskor fil-31 minuta meta Roderick Bajada qassam għal darb’oħra lil Jean Pierre Mifsud Triganza, dan qabeż lil Jason Lee Vandelanoitte bil-ġirja qabel għeleb lill-goalkeeper ta’ Qormi għat-tieni darba.

Sliema kabbru l-vantaġġ għal tlett gowls fil-75 minuta meta minn ġirja tajba fuq il-flank xellugija, Etienne Barbara qassam lil Mark Scerri li flikkja l-ballun ġewwa mill-vicin. Ħames minuti mit-tmiem tal-logħba Slema issiġġillaw ir-rebħa meta Obinna Obiefule għeleb lill-goalkeeper Mathhew Camilleri permezz ta’ lob delizzjuż mil-lemin. Kif mistenni Jean Pierre Mifsud Triganza awtur ta’ doppjetta f’din il-logħba ġie vvutta il-BOV plejer tal-logħba mill-ġurnalisti preżenti.

Klassifika Kampjonat BOV Premier 2010/11

Championship Pool

Valletta       19      23

Birkirkara   19      17

Marsaxlokk  19      15

Tarxien         19      15

Floriana      19      14

Hamrun      19      13

Relegation Pool

Sliema         19      14

Qormi         19      11

Hibernains  19      11

Vittoriosa   19      6





Leave a comment