Plejer li jbigħ logħba, ma ħaqqux jilgħab iktar futbol!

Saturday, March 31, 2012, 14:52

minn Catherine Micallef

Il-President tal-UEFA Michel Platini jindirizza lil media

Il-President tal-UEFA Michel Platini jindirizza lil media

“Plejer li jbigħ logħba, ma ħaqqux jilgħab iktar futbol” – dawn kienu l-kummenti tal-President tal-UEFA  Michel Platini kmieni waranofsinhar illum f’konferenza stampa indirizzata lill-media u li saret fis-sala tal-Grawnd Ċentinarju f’Ta’ Qali.

 

Platini rrefera wkoll għall-allegat każ ta’ korruzzjoni li jinvolvi t-tim Nazzjonali Malti fejn ikkonferma li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol qed tikkolabora bis-sħiħ fl-investigazzjoni li qed tagħmel il-UEFA.

 

Il-President tal-UEFA faħħar ix-xogħol li qed isir mill-amministrazzjoni l-ġdida tal-MFA fejn dalgħodu ġie inawgurat uffiċjalment il-ground ta’; Fgura United u li hu wieħed mit-33 pitch syntethic li l-Gvern Malti b’kollaborazzjoni mal-MFA wettaq f’dawn l-aħar snin.

Mistoqsi dwar id-differenza bejn Norman Darmanin Demajo u Dr. Joe Mifsud, hu qal li t-tnejn li huma huma persuni validi u li filwaqt lii Mifsud kien importanti fil-passat, Darmanin Demajo jista’ jkun importanti fix-xena Internazzjonali tal-futbol.

Il-President tal-UEFA jirregala banner lil President tal-MFA Norman Darmanin Demajo

Il-President tal-UEFA jirregala banner lil President tal-MFA Norman Darmanin Demajo

Michel Platini tkellem ukoll dwar it-teknoloġija fil-futbol fejn stqarr li huwa jaqbel li din il-logħba tibqa’ umana anki jekk bl-introduzzjoni ta’ referees addizjonali kif diġa rajna f’Kampjonati distinti Ewropej.

 

F’din il-konferenza stampa tkellmu wkoll il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli fejn dan tal-aħħar ikkonferma li Malta se tkun qed tospita it-tournament tal-UEFA ta’ taħt is-17-il sena fl-2014.





1 Comment

  1. Luke Vella says:

    Imma lil Juventus tiddefendihom a korrot 

    [Reply]

Leave a comment