Pippo Psaila viċin l-MFA

Sunday, November 14, 2010, 23:20

minn Sandro Micallef.

Waqt il-programm Kontrattakk fir-rokna X’Qed Jinħema, ġie żvelat  pjan delikat ta’ Norman Darmanin Demajo hekk kif dan qed jipprova jdaħħal jaħdem fl-MFA lil Pippo Psaila. Psaila, li huwa ex kowċ tat-tim nazzjonali Malti u ex-direttur tekniku fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti, għandu relazzjoni ottima ma’ Norman  Darmanin Demajo minħabba l-fatt li dawn it-tnejn sa ftit tax-xhur ilu kienu flimkien bħala diretturi fil-kumpanija ta’ St. Andrew’s Luxol li tiġbor fi ħdanha wkoll it-tim tal-futbol ta’ St. Andrew’s u l-faċilitajiet kollha nkluż l-investiment tas-syntethic pitches li hemm fil-ground tal-Luxol.

Informazzjoni li ilha għandna għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat tikkonferma li Pippo Psaila kien qiegħed ikun imħajjar mill-amministrazzjoni tal-MFA biex jidħol fl-istaff tekniku ta’ Ta’ Qali bħala direttur tekniku.

Ġara iżda li Darmanin Demajo hekk kif tela’ bħala President tal-MFA, u kellu aċċess għall-iktar dokumentazzjoni sensittiva fi ħdan l-uffiċju legali, ġew fídejh iż-żewġ kuntratti li għandhom preżentament iffirmati iż-żewġ coaches John Buttigieg u Carmel Busuttil fejn hu stipulat li dawn it-tnejn ma jistgħux ikollhom persuna fi ħdan it-technical centre li jirrappuraw lilha. Fi kliem ieħor, Pippo Psaila jekk ħa jkun offrut kuntratt fl-MFA ma jistax ikollu taħt ir-responsabbilta tiegħu t-tmexxija tat-tim nazzjonali A. Din il-klawsola fil-kuntratt bejn Buttiegieg u Carmel Busuttil kienet negozjata mal-ex president tal-MFA Dr. Joe Mifsud.





6 Comments

  1. julio says:

    Direttur tekniku Pippo Psaila- n
    azzjonal Marco Gerada u Pawlu Zammit……Under 21 Peter Pullicino …Under 19 Patrick Curmi…Kowc tal-gowlkipers Charlie Sciberras.Dawn huma i nies li nahseb ghandhom il-fiducja tal-poplu tal-futbol u jixraqilhom i jkunu jmexxu il-futur tal-futbol Malti.Zghazagh jafu il-loghba u mimlij a energija.Ma Narax ahjar.Take note Dede.

    [Reply]

  2. julio says:

    ma tarax sandro li mhux se nghaddillek informazzjoni jew kuntratti ta l -MFA. Dawk graw imma issa ma jsirux aktar.Dokument ta l-MFA ghandu jinzamm biss fl-MFA.

    [Reply]

  3. Johnny says:

    Tinu x ghandu x jaqsam din tan Net? Ara hawn Malta pajjiz iffissat fuq il politka. Kulhadd irid idahhal il politka x imkien. L isport m ghandux kuluri. B kull rispett lejn il media nahseb li l media wisq pingit din l issue tad drittijiet bhala kaz ikrah politku. Qabel kienu ghand stazzjon politiku iehor u issa ghand l iehor. So what? Sport nerga nghid m ghandux kuluri politici. U s sabiha hi li kulhadd jghid il verzjoni tieghu u tkun kwazi titwemmen. Imbaghad tisma l parti l ohra u tkun il kuntrarju u titwemmen ukoll. Mela allura mhux ahjar nieqfu hawn u hadd ma jkompli jdahhal kuluri partiggjani

    [Reply]

  4. julio says:

    Prosit Sandro ta dan l-artiklu. L-ahbar mhux li Pippo jista jerga lura izda li fi zmien mhux il-bod kienu jsiru kuntratti li hadd ma jkun jista ghalik.Anzi kont tkun aktar tajjeb kieku gibt kemm huwa il-hlas taghhom dawn li hadd ma jista ghalihom.Tal-misthija kuntratti bhal dawn.Iva nassigurak Sandro li dawn il-kuntratti qed izzommu lil Pres milli jaghmel passi ta ggant ghal futbol Malti.U jekk hemm il-bzonn li Pippo jerga lura jaghti sehmu fis-settur tekniku hadd m’ghandu ghalfejn jehodha b’sorpriza wara kollox dan kien l-unika kowc li ghamel success man-Nazzjonal.

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Hi Julio

    Tks for your comment. If you have information about the content of the coache’s contract and financial details let me know via my personal email sandro.micallef@gmail.com

    sandro

    [Reply]

  5. tinu says:

    jaqaw wara li net hadu il-lob issa is-sur pippo jonqos daqt gejjin min MFA ghal PNFA.tajjba bjorn!

    [Reply]

Leave a comment