Pika jew deċiżjoni tattika

Tuesday, March 2, 2010, 11:41

  minn Sandro Miċallef

It-Tlieta filgħodu kull dilettant tal-football lokali qam jitkellem dwar l-esklużjoni ta’ diversi players mil-lista ta’ 18 li John Buttigieg għazel għal-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Finlandja. Lura xi ġimgħatejn John Buttiġieġ kien qal f’konferenza stampa li hu mhux kuntent bis-sitwazzjoni tal-players ta’ Valletta fejn dawn mhux qed jittrenjaw daqs il-membri tal-iskwadra l-oħra. Għal kronaka ngħid li kienu Valletta FC permezz tal-President Victor Sciriha li xi xhur ilu kienu ħarġu bl-għajta li kienu se jibdew jaħdmu fuq sistema professjonali jiġifieri l-players (dawk li jistgħu) jittrenjaw filgħodu u filgħaxija kuljum jew meta jkun hemm bżonn. Minn hemm ‘il quddiem segwew numru ta’ laqgħat li fihom kellu jintervjeni wkoll il-President Joe Mifsud ……iżda għalxejn għaliex ta’ Sciriha għaddiet. Filfatt Valletta FC bħala Club offrew il-players tagħhom tan-Nazzjonal għal tliet sessjonijiet ta’ taħriġ mill-erba’ rikjesti mill-coaches Nazzjonali Buttiġeġ u Busuttil.

Ġara li dan l-aħħar Buttiġieġ u l-President tal-MFA qalu pubblikament li mhumiex kuntenti b’din is-sitwazzjoni u allura se jittrattaw lill-players ta’ Valletta bħal players professjonali l-oħra Maltin li jilagħbu barra minn Malta jiġifieri bħal Bogdanovic, bħal Andrei Agius, bħal Haber eċċ.

Il-Patatrakk faqqa ! Iva Patatrakk fl-opinjoni tiegħi għaliex qatt ma stennejt li Buttigieg kien se jħalli barra lil Gilbert Agius, Kevin Sammut, Terrence Scerri u Andrew Ħogg. Fuq Scerri nasal biex naqbel imma għaliex ma ssejħux Agius, Ħogg u l-Viper ? Pika personali bejn Buttigieg u Canen/Sciriha jew deċizjoni tattika ?





1 Comment

  1. FORZA VALLETTA CITY says:

    prosit ta din il mistoqsija sandro, jiena nahseb li iktar pika jew xi haga ohra biex gilbert ma jilhaqx ir record ta xi hadd fil qalba

    [Reply]

Leave a comment