Pieta Hotspurs jafdaw f’Lufi

Saturday, September 17, 2011, 23:06

Pietà Hotspurs qegħdin iħarsu lejn il-futur b’ottimiżmu biex il-klabb isaħħaħ is-sisien tiegħu għall-futur wara li l-klabb għaddej minn fażi tranżitorja mhux biss fit-tisħiħ għall-futur tal-iskwadra iżda wkoll fil-ħidma amministrattiva tal-klabb.
Dan stqarru l-President il-gdid ta’ Pietà Hotspurs, Joe Sammut, f’konferenza stampa li matulha ġew ippreżentati l-kowċis u l-plejers il-ġodda għal dan l-istaġun.

It-tim tal-Hotspurs se jkun immexxi mill-kowċ Edmond Lufi li se jkun assistit minn Jean Paul Desira. Lufi qal li ma ħasibhiex darbtejn meta ġie offrut din il-kariga minn Pietà mhux biss għax jaf œħfna mill-ambjent li jdawwar lil dan il-klabb wara li lagħab miegħu fil-passat iżda wkoll minħabba l-isfida eċitanti li tpoġġiet quddiemu.

Gœal dan l-istaġun il-Hotspurs se jkollhom tliet plejers barranin, l-attakkant Brażiljan Robson Bandieras li ġie konfermat kif ukoll lid-difensur Spanjol Ezequiel Belzuz u lill-midfilder Ċilen, Jonathan Bilbaw Zarate.

Mix-xena lokali Pietà akkwistaw lil Adrian Farrugia li jgawdi esperjenza wkoll fl-ogħla diviżjoni Maltija.





Leave a comment