- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Phoenix u Mellieħa jerġgħu jirbħu

Posted By sportinmalta1 On January 21, 2014 @ 6:58 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix The Chef Bistro 61

SN Suns 42

(13-15)(19-12)(14-5)(15-8)

Phoenix The Chef Bistro għelbu għall-ewwel darba lil SN Suns dan l-istaġun 61-42 biex tawhom it-tieni telfa konsekuttiva. Suns kellhom diversi players nieqsa bħal Alex Bianchi, Simon Cauchi u Robert Mercieca. Suns ħadu l-ewwel vantaġġ 7-2 bil-punti ta’ Stefan Vella però Jonathan Ransley wieġeb għal Phoenix. Suns kellhom break ta’ 8-2 b’punti minn Lee Grech u Reno Camilleri biex kabbru l-vantaġġ 15-8. Phoenix wieġbu b’aktar punti minn Ransley u Andres Toompere għal skor ta’ 15-13 favur Suns li reġgħu kabbru d-distakk fil-ftuħ tat-tieni sessjoni. Phoenix wieġbu bi trippli ta’ Luke Azzopardi biex ġabu l-iskor indaqs 23-23 u marru minn fuq għal-ewwel darba wara trippla ta’ Antoine Costa 26-25 fit-tmien minuta. Huma komplew bil-punti ta’ Ransley u Matteo Quartieri biex daħlu jistrieħu tlieta minn fuq 32-29.

Wara l-intervall Phoenix reġgħu bdew bi break ta’ 7-0 bit-tieni trippla ta’ Costa. Suns kellhom il-baskets ta’ Barberi u Vella iżda Ransley kompla jkun dominanti taħt il-board u Phoenix temmew il-perjodu 46-34 fuq quddiem. Fl-aħħr sessjoni Suns naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Lee Grech 38-48. Hawn Phoenix għamlu run ta’ 11-0 li bdewha bi trippla ta’ Azzopardi biex ħadu vantaġġ ta’ 21 punt 59-38 u żammewh sat-tmiem biex rebħu l-partita 61-42.

Phoenix The Chef Bistro: M. Quartieri 4, L. Azzopardi 11, G. Micallef, K. Azzopardi, D. Debattista 2, R. Curmi, C. Camenzuli, G. Mitrovic 16, C. Briffa, A. Costa 6, J. Ransley 16, A. Toompere 6.

SN Suns: A. Pace, S. Borg, K. Scicluna, L. Grech 8, H. Agius 9, M. Barberi 4, S. Vella 14, R. Camilleri 7, I. Marjanovic.

Referees: Brian Sly, Svezdan Dobrosaviljevic

Hibs 52

Mellieħa Tritones 66

(21-11)(7-17)(15-13)(9-25)

Wara r-riżultat tal-partita ta’ qabel, Hibs kellhom iċ-ċans li jżidu l-vantaġġ f’ras il-klassifika però sofrew ir-rimonta ta’ Mellieħa li b’hekk tawhom it-tieni telfa u laħquhom fil-klassifika għalkemm logħba iżjed. Għal Mellieħa li rebħu l-partita 66-52 kienet it-tielet rebħa konsekuttiva fil-kampjonat u issa fetħu tamiet ġodda. Kienu Hibs li bil-punti ta’ Svens Niedritis marru 8-2 minn fuq. L-istess player flimkien ma’ Ryan Carabott kabbrilhom il-vantaġġ 15-4 qabel ma Mellieħa għamlu tlett baskets wara xulxin. Is-sessjoni ntemmet bil-punti ta’ Simon Attard u Carabott għal Hibs li kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 21-11. Fit-tieni perjodu Hibs kellhom trippla oħra ta’ Niedritis b’ Mellieħa jwieġbu b’oħra ta’ Rihards Polis. Hibs fetħu vantaġġ doppju 28-14 bis-sitt punt ta’ Attard. Hawn iżda Mellieħa għamlu rimonta tajba u kellhom break ta’ 14-0 b’punti minn Joshua u Samuel Aquilina u Polis u fl-intervall ġabu l-iskor indaqs 28-28.

Fit-tielet sessjoni Mellieħa għamlu għamlu l-ewwel basket però Hibs wieġbu b’run ta’ 10-0 bi trippli ta’ Luke Farrugia u Niedritis u reġgħu marru 8 minn fuq 38-30. Mellieħa kellhom trippla ta’ Polis iżda Hibs baqgħu minn fuq 43-41 meta ntemmet it-taqsima. Fir-raba’ perjodu Mellieħa bdew b’run ta’ 9-1 u marru 6 minn fuq 50-44. Hibs kellhom żewġ freethrows iżda Mellieħa komplew b’run ta’ 10-0. Ir-risposta ġiet b’erba’ punti minn Niedritis però kienu ftit wisq biex Mellieħa komplew jikkontrollaw u ħarġu rebbieħa 66-52.

Hibs: S. Niedritis 23, J. Flagel, A, Baldacchino 4, L. Farrugia 5, S. Atttard 10, G. Agius, K. Caruana 4, C. Bugeja, K. Sultana, R. Carabott 6, M. Formosa, K. Vella.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 14, M. Farrugia 2, J. Muscat 2, G. Gauchi Grech, S. Aquilina 12, P. Magro, O. Sammut 2, J. Aquilina 14, R. Polis 16, P. Cauchi, K. Cucciardi 4.

Referees: Emanuel Mangani, Stephen Micallef

 

Miscela D’oro Mtarfa 83

Lightning Mondays 20

(15-4)(20-10)(22-2)(26-4)

Miscela D’oro Mtarfa kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat meta kif mistenni għelbu lil Lightning Mondays 83-20. Huma kienu mingħajr l-aħwa Timothy u Samuel Zammit u Lightning Mondays kellhom għal-ewwel darba lil Daniel Saliba. Mtarfa bdew bl-ewwel 10 punti tal-partita b’punti ta’ Jarnis Viibe u Kurt Xuereb fost l-oħrajn. Lightning Mondays għamlu żewġ baskets minn Saliba u Christopher Mifsud qabel ma Mtarfa għalqu l-perjodu bil-punti ta’ Josef Attard u Nicholas Grech għal skor ta’ 15-4. Fit-tieni taqsima Mtarfa kellhom runs qosra ta’ 6-0 u 7-2 bi trippla ta’ Alex Psaila. Lightning Mondays kellhom il-punti ta’ Dinish Godwani u Tim Womack biex fl-intervall Mtarfa kienu 35-14 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet dominata minn Mtarfa li għamlu l-ewwel 19 –il punt mingħajr risposta, Huma kellhom il-punti ta’ Daniel Farrugia u Xuereb flimkien ma’ Daryyl Schembri u Viibe. Womack għamel l-uniku basket ta’ Lightning Mondays u s-sessjoni għalqet bi tlett punti oħra ta’ Farrugia għal skor ta’ 57-16. Mtarfa reġa’ kellhom bidu qawwi għar-raba perjodu fejn bdew b’run ta’ 16-0 b’aktar punti minn Xuereb flimkien ma’ Matthew Borg. Lightning Mondays kellhom żewġ baskets minn Godwani u Womack qabel ma Mtarfa għalqu l-partita bi break ieħor ta’ 10-0 biex rebħu l-partita 83-20.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard 3, A. Psaila 7, K. Xuereb 11, C. Calleja 8, N. Grech 6, D. Farrugia 6, R.J Zammit 10, J. Viibe 8, M. Borg 16, D. Schembri 8.

Lightning Mondays: T. Womack 10, D. Caruana, L. Randazzo, M. Caruana, D. Godwani 6, D. Saliba 2, M. Slim, C. Mifsud 2, A. Hatherly.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Hibs

8

6

2

14

Mellieħa Tritones

9

5

4

14

Phoenix The Chef Bistro

8

5

3

13

St. Nicholas Suns

7

5

2

12

Miscela D’Oro Mtarfa

8

3

5

11

Lighting Mondays

8

0

8

8


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/phoenix-u-mellieha-jergghu-jirbhu/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.