- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Phoenix The Chef Bistro bl-ewwel unur tagħhom fil-basketball

Posted By sportinmalta1 On February 25, 2014 @ 6:01 pm In Basketball,Featured | No Comments

BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Hibs 73

Phoenix The Chef Bistro 80

(15-24)(16-18)(12-21)(30-17)

F’partita verament sabiħa, Phoenix The Chef Bistro rebħu l-BOV Knock-out tat-tieni diviżjoni 80-73 biex kisbu l-ewwel unur tagħhom. Hibs kienu għelbu lil Phoenix tlett darbiet fi tlett partiti tal-kampjonat u anke f’din il-finali wettqu reazzjoni stupenda fl-aħħar taqsima meta distakk ta’ 20 punt naqqsuh għal tlett punti. Però din id-darba Phoenix kienu determinati mmexxija tajjeb ferm minn Antoine Costa u taħt il-board Goran Mitrovic ikkonferma l-qawwa tiegħu. Għal ħafna players ta’ Hibs kienet l-ewwel esperjenza f’finali tal-kbar però l-bażi ta’ dan it-team hija waħda li tipprometti ferm għall-futur bi players li uħud minnhom l-istaġun li għadda rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-sittax –il sena. Wara li Phoenix ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Jonathan Ransley, Hibs kellhom risposta mmedjata bi tlett three pointers, 2 minn Simon Attard u ieħor ta’ Svens Niedritis. Phoenix wieġbu bil-punti ta’ Mitrovic u t-trippli ta’ Costa f’run ta’ 15-0 biex feħtu vantaġġ doppju 18-9. Luke Farrugia għamel trippla għal Hibs però Costa wkoll kompla għaddej bit-trippli u Phoenix trmmew l-ewwel sessjoni 24-15 min fuq. Fit-tieni perjodu ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin fl-ewwel minuti. Phoenix  għamlu run oħra ta’ 9-0 bi trippla ta’ Costa u tlett baskets konsekuttivi ta’ Clayton Camenzuli. Hibs ukoll kellhom tlett baskets wara xulxin minn Adrian Baldacchino, Niedritis u Gabriel Agous u komplew biex għalqu s-sessjoni bi break ieħor ta’ 7-0 u Phoenix daħlu jistrieħu 42-31 minn fuq.

Wara l-intervall Phoenix bdew bil-punti ta’ Ransley u Mitrovic biex kabbru d-distakk. Għal Hibs kien hemm ir-risposta ta’ Farrugia u Ryan Carabott flimkien ma’ trippla ta’ Attard. Phoenix wieġbu bi trippla ta’ Costa u lejn it-tmiem kellhom iktar punti minn Mitrovic biex fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 63-43. Minkejja dan l-iżvantaġġ, Hibs ma ċedewx u sa’ nofs l-aħħar taqsima kienu diġa naqqsu l-iżvantaġġ għal seba’ punti wara run ta’ 17-4. Huma kellhom it-trippli ta’ Niedritis, Farrugia, Attard u Kieron Caruana għal skor ta’ 60-67. Hibs kellhom żewġ baskets oħra minn Carabott u trippla minn Farrugia biex komplew inaqqsu d-distakk. Phoenix rkupraw bil-punti ta’ Costa  b’Mitrovic jispiċċa fouled out. Hibs waslu sa’ tlett punti ‘bogħod 73-76 però l-ħin kien kontra tagħhom u Phoenix kellhom il-free-throws ta’ Costa biex rebħu l-partita 80-73. Fi tmiem il-partita, s-Sur John Paul Abela, Manager Community Services tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew lil Jonathan Ransley captain ta’ Phoenix biex iċċelebraw ir-rebħ tal-ewwel tazza tagħhom.

Intant, f’partita mill-kampjonat BOV mingħajr importanza għall-klassifika, Mellieħa rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Lightning Mondays 95-24

Hibs: S. Niedritis 20, M. Formosa, A. Baldacchino 7, L. Farrugia 11, S. Atttard 14, G. Agius 2, K. Caruana 7, C. Bugeja, K. Sultana, R. Carabott 7, J. Scott 5, R. Cortis.

Phoenix The Chef Bistro: L. Azzopardi 2, G. Micallef, D. Pisani, R. Jimenez, D. Debattista 2, M. Grech, C. Camenzuli 6, G. Mitrovic 22, C. Briffa, A. Costa 29, J. Ransley 13, A. Toompere 6.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Teemu Helenius


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/phoenix-the-chef-bistro-bl-ewwel-unur-taghhom-fil-basketball/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.