Phoenix Qormi Żmerċ Pub viċin li jwettqu rimonta

Saturday, January 26, 2013, 18:29

 

 minn Colin Schembri

 

Floriana 44

Starlites 82

(12-16)(7-31)(8-15)(17-20)

 

Starlites komplew bir-rebħ fil-kampjonat u kisbu s-seba’ rebħa konsekuttiva kontra Floriana 82-44. Starlites intoduċew lill-aħħar akkwist tagħhom Steve Sammut fil-waqt li Floriana kellhom tlett players ġodda Mark Ciantar, Kyle Vella u Karl Cucciardi. Wara bidu kwiet, Starlites fetħu vantaġġ ta’ sitt punti 9-3. Floriana wieġbu b’basket ta’ Rihards Polis pero’ Starlites kellhom seba’ punti oħra bi trippla ta’ Robert Loporto. Floriana wkoll kellhom it-trippli tagħhom minn Jeremy Curmi u Gilbert Cordina biex temmew is-sessjoni 12-16 minn taħt. It-tieni sessjoni bdiet b’basket fuq kull naħa pero’ Starlites wieġbu b’run ta’ 13-0 b’punti minn Francois Bartolo u Gabor Szokreny fost l-oħrajn. Floriana waqqfulhom dan il-break b’ħames punti minn Curmi fosthom trippla. Hawn pero’ Starlites għamlu break ieħor qawwi ta’ 16-0 biex daħlu jistrieħu 47-19 minn fuq.

Wara l-intervall il-punti naqsu għalkemm is-sessjoni bdiet bi trippla fuq kull naħa minn Sammut u Polis. Starlites kellhom break ieħor ta’ 8-3 u qabel intemm il-perjodu kien hemm baskets ta’ Bartolo u Sammut għal skor ta’ 62-27. Fl-aħħar taqsima Floriana bdew bi three pointer ta’ Polis, Mark Pace u Andrew Camilleri f’run ta’ 11-4. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet b’run ta’ 10-3 u għalkemm kien hemm iktar trippli minn Pace u Gilbert Cordina għal Floriana, Starlites għalqu l-logħba bi tlett baskets biex ħarġu rebbieħa 82-44.

 

Floriana: G. Cordina 6, A. Camilleri 3, L. Bugelli, R. Polis 9, J. Curmi 20, M. Pace 3, E. Farrugia 2, A. Pace 3, O. Shamala 10, M. Ciantar, K. Vella, K. Cucciardi.

Starlites: D. Sultana, R. Loporto 16, R. Bonnici 8, J.C. Khalil 2, S. Bonnici 2, D. Garcia, C. Doublet 6, S. Sammut 12, G. Szokreny 18, B. Soler 5, A. Cutajar 3, F. Bartolo 10.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder.

 

Mellieħa Tritones 56

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 52

(19-13)(16-13)(10-7)(11-19)

 

Mellieħa għamlu double fuq Phoenix Petrus Pizza Qormi meta għelbuhom b’distakk żgħir ta’ 4 punti 56-52. Mellieħa kellhom nieqsa lil Oliver Sammut u  Carlos Bugeja. Phoenix kellhom lil Kevin Zammit bħala coach u kellhom nieqes lil Rueben Curmi imma rritorna Trevor Grech. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat u trippla ta’ Antoine Costa ġabet l-iskor indaqs 6-6 wara l-ewwel minuti. Mellieħa għamlu break ta’ 7-2 pero’ Costa reġa’ wieġeb bi trippla qabel ma Mellieħa għalqu s-sessjoni b’żewġ baskets għal skor ta’ 19-13. Fl-ewwel tlett minuti tat-tieni sessjoni saru biss żewġ freethrows minn Matthew Cauchi. Phoenix kellhom run ta’ 10-2 biex ġabu l-iskor indaqs 23-23 bil-Mellieħa jwieġbu b’seba’ punti fosthom trippla ta’ Joshua Aquilina. Wara t-tielet trippla ta’ Costa, kien hemm 5 punti ta’ Mellieħa għal skor ta’ 35-26 fl-intervall.

Fit-tielet sessjoni Phoenix bdew b’ħames punti pero’ mbagħad sofrew break ta’ 8-0 minn Mellieħa. It-taqsima għalqet b’basket fuq kull naħa għal skor ta’ 45-33. Fir-raba’ sessjoni Mellieħa kisbu l-vantaġġ għal 15 –il punt 50-35 pero’ Phoenix kellhom break ta’ 10-2 bi trippla minn Karl Azzopardi biex reġgħu resqu viċin. Punti minn John Muscat u Cauchi reġgħu kabbru d-distakk għal 7 punti pero’ 5 punti minn Azzopardi taw tamiet ġodda lil Phoenix. Pero’ l-ħin kien kontra tagħhom u Mellieħa kkontrollaw l-aħħar ftit ħin biex rebħu l-partita 56-52.

 

Mellieħa Tritones: E. Cutajar, M. Cauchi 11, J. Muscat 6, I. Curmi, P. Magro 2, S. Aquilina 18, J. Aquilina 13, P. Cauchi,  M. Borg Anastasi 6, H. Fenech, R. Rovsnoski.

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli 4, G. Micallef, J. Vassallo 7, K. Azzopardi 8, D. Debattista 2, T. Grech, K. Genovese 4, C. Debono 6, A. Costa 17, K. Caruana, A. Toompere.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.

 

St. Nicholas Suns 73

Miscela D’Oro Mtarfa 41

(25-8)(5-18)(22-5)(21-10)

 

Żewġ runs fl-ewwel u fit-tieni sessjoni kienu biżżejjed għal St. Nicholas Suns biex jieħdu rebħa kontra Miscela D’Oro Mtarfa 73-41. Suns kellhom lil Robert Camilleri nieqes pero’ ddebutta Ryan Agius fil-waqt li Mtarfa kienu mingħajr Jarnis Viibe. Wara bidu kwiet fejn Suns ħadu vantaġġ ta’ punt 4-3. Hawn Suns kellhom mument tajjeb u għamlu run ta’ 13-0 b’punti ta’ Robert Mercieca u Keith Scicluna fost l-oħrajn. Mtarfa waqqfulhom ir-run b’basket ta’ Darryl Schembri pero Suns kellhom run oħra ta’ 10-3 u temmew is-sessjoni 23-8 minn fuq. Suns naqqsu drastikament il-logħba tagħhom fit-tieni perjodu u Mtarfa approfittaw bi break ta’ 10-0 bi trippla minn Alex Psaila. Wara ħames minuti waslu l-ewwel punti ta’ Suns minn Roberto Formosa pero’ Mtarfa komplew inaqqsu d-distakk biex fl-intervall kien hemm biss 4 punti jifirdu liż-żewġ timijiet bis-Suns minn fuq 30-26.

Wara l-intervall Suns reġgħu ġew f’tagħhom u bdew bi break ta’ 10-1 b’diversi punti minn Igor Marjanovic. Mtarfa wieġbu b’basket ta’ Jean Paul Borg qabel ma Suns għamlu break ieħor ta’ 10-0 fejn din id-darba kien Hubert Agius li kellhu l-maġġoranza tal-punti bis-sessjoni tintemm bis-Suns fuq quddiem 52-31. Suns fetħu l-aħħar perjodu b’żewġ baskets ta’ Formosa u Scicluna qabel ma Mtarfa għamlu żewġ baskets minn Nicholas Grech u David Cini. Il-punti komplew ġejjin fuq kull naħa speċjalment minn Formosa li sab spazju taħt il-board avversarju u kien hu li mill-aħħar ħdax –il punt ta’ Suns għamel 9 biex Suns rebħu l-partita 73-41.

 

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 10, S. Borg, J. Paris 2, H. Agius 12, M. Barberi 12, R. Agius 2, R. Formosa 14, R. Mercieca 3, S. Cauchi, I. Marjanovic 18.

Miscela D’Oro Mtarfa: A. Psaila 8, J. Attard 2, C. Calleja, JP Borg 6, N. Grech 16, D. Cini 4, M. Borg, D. Schembri 4, M. Agius 1.

Referees: Emanuel Mangani, Jacques Abeng.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Starlites

7

7

0

14

St. Nicholas Suns

7

5

2

12

Mellieħa Tritones

7

4

3

11

Floriana

7

3

4

10

Siġġiewi

6

4

2

10

Phoenix Qormi Żmerċ Pub

7

1

6

8

Miscela D’Oro Mtarfa

7

0

7

7





Leave a comment