Phoenix jibqgħu fl-ewwel post

Tuesday, February 4, 2014, 15:47

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Miscela D’oro Mtarfa 57

Phoenix The Chef Bistro 73

(18-22)(16-23)(9-12)(14-16)

Phoenix The Chef Bistro żammew l-ewwel post tal-klassifika meta kisbu rebħa oħra fuq Miscela D’oro Mtarfa 73-57. Mtarfa kienu mingħajr Samuel Zammit fil-waqt li Phoenix kienu mingħajr Gary Micallef. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn Mtarfa marru fuq quddiem bil-punti ta’ Timothy Zammit fosthom trippla. Phoenix kellhom il-punti ta’ Andras Toompere u fis-sitt minuta ġabu l-iskor indaqs 9-9 bi trippla ta’ Antoine Costa. Iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin għal kumplament tas-sessjoni għalkemm Phoenix ħadu vantaġġ ta’ 4 punti lejn tmiem it-taqsima b’basket ta’ Darren Debattista 22-18. Fit-tieni sessjoni Mtarfa reġgħu resqu viċin wara punti minn Zammit però Phoenix wieġbu b’run ta’ 11-0 bil-baskets ta’ Goran Mitrovic għal skor ta’ 35-23. Mtarfa kellhom it-trippli ta’ Zammit u Calvin Calleja biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 31-41 u fl-intervall Phoenix daħlu jistrieħu 45-34 minn fuq.

Fit-tielet taqsima l-punti naqsu speċjalment fl-ewwel ħinijiet u Phoenix irnexxielhom iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Jonathan Ransley lejn it-tmiem. Fl-aħħar taqsima, Phoenix komplew bi break ieħor ta’ 8-2 b’punti minn Christian Briffa. Mtarfa wieġbu bil-punti ta’ Josef Attard u Nicholas Grech però Phoenix kellhom run oħra ta’ 10-2 b’żewġ baskets ta’ Clayton Camenzuli. Mtarfa għalqu l-partita b’żewġ baskets ta’ Daniel Farrugia biex Phoenix rebħu l-partita 73-57.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard 5, A. Psaila, K. Xuereb 4, C. Calleja 5, N. Grech 4, D. Farrugia 13, T. Zammit 19, J. Viibe 2, R.J Zammit, D. Schembri 5.

Phoenix The Chef Bistro: L. Azzopardi 3, M. Quartieri 3, R. Jimenez, D. Debattista 2, R. Curmi, C. Camenzuli 5, G. Mitrovic 10, C. Briffa 14, A. Costa 6, J. Ransley 22, A. Toompere 8.

Referees: Stephen Micallef, Svezdan Dobrosaviljevic

SN Suns 78

Hibs 73

(15-19)(10-11)(19-16)(20-18)(14-9)

F’partita verament sabiħa, li wkoll tikkonferma l-livell ta’ dan il-kampjonat dan l-istaġun, Suns għelbu lil Hibs 78-73 wara l-ħin barrani. Suns irkupraw lil Igor Marjanovic iżda kien nieqes Lee Grech fil-waqt li Hibs kellhom nieqes lil Jordan Scott. Suns bdew bl-ewwel ħames punti tal-partita però Hibs kellhom risposta bi break ta’ 10-2 b’żewġ three pointers ta’ Simon Attard. Hibs komplew bil-punti ta’ Svens Niedritis flimkien ma’ Attard li għamel it-tielet trippla tiegħhu u temmew is-sessjoni 19-15 minn fuq. Suns ġabu l-iskor indaqs 22-22 fit-tieni perjodu b’basket ta’ Marjanovic flimkien ma’ Keith Scicluna u Reno Camilleri. Hibs kellhom il-punti konsekuttivi ta’Niedritis u daħlu jistrieħu 30-25 minn fuq.

Wara l-intervall Suns kellhom il-punti ta’ Marjanovic biex resqu viċin u b’basket ta’ Alex Bianchi fis-sitt minuta ġabu l-iskor indaqs 35-35. Wara basket ta’ Niedritis, Suns għamlu run ta’ 9-2 li bdewha bi trippla ta’ Michael Barberi u marru min fuq 44-39. Hibs reġgħu ħadu l-vantaġġ bi break ta’ 7-0 b’punti minn Gabriel Agius u Kieron Caruana fost l-oħrajn u reġgħu temmew is-sessjoni minn fuq 46-44. Fl-aħħar taqsima l-partita kompliet tkun interessanti u Suns għamlu break ta’ 8-2 però t-trippli ta’ Attard komplew iħallu lil Hibs fuq quddiem. Suns għamlu runta’ 10-3 b’punti minn Bianchi u Hubert Agius però tlett turnovers konsekuttivi tagħhom issarfu f’seba’ punti minn Hibs li reġgħu ħadu vantaġġ ta’ basket 64-62. Suns kellhom żewġ freethrows ta’ Marjanovic u ġabu l-iskor indaqs 64-64 u l-ebda team m’għamel punti u l-partita marret fil-ħin barrani fuq skor ta’ 64-64. Fil-ħin barrani, Suns dejjem kienu minn fuq wara li bdew b’żewġ baskets minn Marjanovic u Barberi. Hibs għal darbtejn waslu sa’ punt taħt l-avversarji però Suns bdew jagħmlu l-freethrows minn Bianchi u Barberi biex rebħu l-partita 78-73.

SN Suns: S. Borg 2, K. Scicluna 13, H. Agius 10, M. Barberi 9, S. Vella, A. Bianchi 22, R. Camilleri 4, I. Marjanovic 18.

Hibs: S. Niedritis 19, A, Baldacchino 6, L. Farrugia 3, S. Atttard 26, G. Agius 6, K. Caruana 10, C. Bugeja, K. Sultana, R. Carabott 3, M. Formosa, K. Maluda.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Phoenix The Chef Bistro

10

7

3

17

Hibs

9

6

3

15

St. Nicholas Suns

8

6

2

14

Mellieħa Tritones

9

5

4

14

Miscela D’Oro Mtarfa

9

3

6

12

Lighting Mondays

9

0

9

9

 





Leave a comment