Penalty Shoot-Out organnizata mill-Active Flag School Committee

Thursday, December 22, 2016, 18:45

Gavin Muscat

Din l-attivita’ ġiet organizzata mill-Active Flag School Committee, kumitat maħtur matul din is-sena sabiex jippromwovi dejjem aktar l-idea tal-isport u l-attivita’ fiżika mat-tfal ċkejknin tagħna.

Numru kbir ta’ tfal, subien u bniet, ipparteċipaw għal din l-attivita’ filwaqt illi taw  ħames penalties kull wieħed f’atmosfera ferrieħa u festiva minħabba kienu għaddejjin iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied.

Minkejja li t-temp ma tantx kien wieħed favorevoli, wieħed seta’ jara l-ferħ tat-tfal illi kienu ferm ħerqana għal din il-ġurnata.

Taw is-sehem tagħhom ukoll xi ġenituri ta’ tfal li jattendu din l-iskola u li huma coaches jew players tal-football ma’ timijiet lokali.

L-Active Flag School Committee, iffurmat minn għalliema u tfal,  qed jaħseb għall-aktar attivitajiet fil-ġejjieni qrib filwaqt illi bħala skola ser jipparteċipa fl-Active School Flag Award.

Dan l-award jingħata lil diversi skejjel illi jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jippromwovu u joħolqu ideat ġodda sabiex it-tfal jieħdu sehem fl-attivitajiet sportivi kemm ġol-iskola kif ukoll barra.





Leave a comment