Pavi Depiro u Luxol b’rebħiet faċli

Monday, March 11, 2013, 14:30

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 65

Starlites Sports Experience 37

(16-9)(17-4)(11-8)(21-16)

 

Pavi Depiro kisbu l-ħames rebħa fuq Starlites Sports Experience 65-37. Huma kellhom nieqsa lil Steffi De Martino pero kellhom id-debutt ta’ player Irlandiża Neeve Donaghue.  Il-partita kienet f’idejn Depiro għal ħin twil għalkemm kienu xi ftit laxki fl-attakk u ħlew xi okkażjonijiet bil-coach Adrian Mifsud jirsisti mal-players tiegħhu kontinwament hekk kif Depiro issa jerġgħu jiffaċjaw lil Luxol fil-finali tat-tazza Louis Borg. Depiro mal-ewwel ħadu l-vantaġġ  bl-ewwel punti tagħhom jaslu minn Beverlee Zammit, Latisha Belcher, Samantha Brincat u Svetlana Micallef. Għal Starlites kien hemm il-punti minn Samantha Tabone u s-sessjoni għalqet bi trippla fuq kull naħa minn Zammit għal Depiro u Lindsey Pirotta għal Starlites u Depiro temmew is-sessjoni 16-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu kien hemm żewġ runs minn Depiro. Huma bdew b’waħda ta’ 10-0 bi trippli minn Zammit u Brincat. Wara basket minn Pirotta, Depiro għamlu seba’ punti oħra biex fil-mistrieħ kellhom vantaġġ ta’ 20 punt 33-13.

Fit-tielet taqsima, Depiro komplew iżidu d-distakk bil-baskets ta’ Martina Scicluna. Starlites kellhom il-punti minn Marilou Cutajar u Tabone però l-punti f’din is-sessjoni naqsu sew. Fl-aħħar żewġ minuti kien hemm biss żewġ freethrows ta’ Depiro u basket ta’ Starlites għal skor ta’ 44-21. Fl-aħħar sessjoni kien hemm aktar punti fuq iż-żewġ naħat. Depiro kellhom ħames punti minn Belcher u komplew bi break ta’ 7-2. Pirotta kellha freethrows u trippla għal Starlites biex Depiro għalqu l-partita bil-punti ta’ Belcher u Brincat u rebħu l-partita 65-37.

 

Depiro: A. Mifsud 3, G. Mifsud 4, F. Biancho 1, S. Brincat 15, M. Bonnett 3, S. De Martino, M. Mifsud 1, M. Scicluna 6, L. Belcher 19, N. Doanghue, S. Micallef 4, B. Zammit 10.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo, A. Grixti 2, S. Tabone 6, S. Cutajar, S. Galea, L. Pirotta 15, N. Attard, C. Sammut, S. Davies 4, M. Cutajar 10.

Referees: Steve Gouder, Jennifer Mangani

 

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi 23

Luxol 112

(7-34)(4-31)(6-22)(6-25)

 

F’partita mingħajr ħafna storja c-champions Luxol għelbu lil Phoenix Petrus Pizza Qormi 112-23. Kif juri l-iskor Luxol kienu dominanti tul il-partita kollha li għalija kellhom nieqsa lil captain Mandi Sciortino fil-waqt li Phoenix kellhom nieqsa lil Alexis Cutajar. Wara li Yanika Agius għamlet l-ewwel basket favur Phoenix, Luxol kellhom run ta’ 26 punt mingħajr risposta b’diversi punti ta’ Sarah Pace, Mollie Williams, Greta Zarb u Diana Muscat. Phoenix waqqfulhom din ir-run bi trippla ta’ Martha Abela biex sa’ tmiem is-sessjoni Luxol għamlu 8 punti oħra għal skor ta’ 34-7. It-tieni sessjoni wkoll fetħet b’basket ta’ Phoenix minn Jessica Millo b’Luxol jagħmlu 3 baskets oħra. Wara basket ta’ Adriana Demanuele ta’ Phoenix, Luxol reġgħu għamlu run ta’ 25-0 u fil-halftime kienu 65-11 minn fuq.

Wara l-intervall il-partita kompliet bl-istess andament. Wara basket fuq kull naħa, kien hemm run oħra ta’ 12-0 minn Luxol bi trippla ta’ Justine Busuttil Gaerty. Għal Phoenix wieġbet Agius u s-sessjoni għalqet bi trippla oħra minn Busuttil Gaerty. Fl-aħħar sessjoni, Luxol komplew jiddominaw u laħqu l-mitt punt minn Busuttil Gaerty bil-Luxol jagħlqu l-partita bil-punti tal-istess player flimkien ma’ Williams biex rebħu l-partita 112-43.

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 11, V. Camilleri, M. R. Agius, C. Scicluna, Y. Agius 6, N. Said, J. Millo 2, A. Demanuele 4.

Luxol: S. Pace 10, C. Medina 11, B. Naudi 16, J. B. Gaerty 12, G. Zarb 22, P. Ellul 7, M. Williams 16, D. Muscat 18, K. Portelli.

Referees: Steve Gouder, Clive Terribile

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Pavi Depiro

11

9

2

20

835

567

Luxol

10

9

1

19

741

478

Alyssa Ashley Loyola

10

7

3

17

685

594

Hibs

10

6

4

16

548

495

Honey Athleta

9

3

5

11

473

521

Phoenix Petrus Pizza Qormi

10

1

9

11

458

772

Starlites Sports Experience

10

0

10

10

361

674





Leave a comment