Pavi Depiro u Honey Athleta fil-finali

Monday, December 1, 2014, 19:22

ST. JAMES HOSPITAL KNOCK-OUT NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 49

Pavi Depiro 57

(9-17)(16-9)(10-15)(14-16)

Din kienet it-tieni rebħa ta’ Pavi Depiro fuq Caffè Moak Luxol dan l-istaġun però ħafna iktar importanti minn dik fis-shield hekk kif Depiro eleminaw lil Luxol mill-kompetizzjoni li rebħu għal dawn l-aħħar żewġ staġuni. Depiro kellhom bidu tajjeb li għenhom biex jibqgħu fuq quddiem għal 35 minuta tul il-partita kollha. Fil-fatt wara bidu bilaċjat fejn Luxol kienu minn fuq 5-4, Depiro għamlu run ta’ 11-0 fejn kellhom trippla minn Samantha Brincat flimkien mal-punti tal-Amerikana Siarre Evans. Luxol wieġbu b’żewġ baskets minn Paula Ellul qabel ma Evans kellha basket ieħor u hekk intemmet l-ewwel taqsima 17-9. Luxol bdew inaqqsu d-distakk fit-tieni sessjoni b’punti minn Joselle Borg Cardona u Laekitha Alston. Wara li kien hemm il-punti ta’ Brincat u Evans, Luxol komplew bi break ta’ 8-0 b’żewġ baskets ta’ Alston u trippla ta’ Beverlee Zammit biex sal-intervall naqqsu d-distakk għal punt 26-25.

Depiro bdew it-tielet perjodu bi trippla ta’ Gaby Mifsud u basket ta’ Maria Bonett bil-Luxol jirrispondu b’żewġ baskets ta’ Borg Cardona. Hawn Depiro kellhom run oħra ta’ 8-0 b’aktar punti minn Brincat u Mifsud biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 40-29. Luxol għalqu s-sessjoni b’run qasira ta’ 5-1 biex l-aħħar taqsima bdiet bid-Depiro fuq quddiem 41-35. Hawn Depiro kellhom run oħra ta’ 8-0 iżda Luxol bdew jitħabtu biex jirkupraw fejn kellhom żewġ three pointers ta’ Sarah Pace u waslu sa’ 4 punti viċin 49-53. Fl-aħħar sekondi, Depiro żammew il-kalma u l-freethrows ta’ Brincat u Bonett serħħulhom rashom biex ħarġu rebbieħa 57-49.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 6, B. Zammit 3, M. Caruana, I. Medina, S. Tabone,  S. De Martino 5, K. Portelli, J. Borg Cardona 10, P. Ellul 8, L. Alston 17, M. Darmanin, C. Curmi.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 10, R. Calleja, S. Brincat 19, M. Bonett 5, N. Agius, M. Mifsud 2, S. Evans 21, S. Micallef, C. Ciantar.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic

Honey Athleta 53

Hibs 51

(8-10)(18-14)(12-17)(15-10)

Honey Athleta kisbu rebħa drammatika fuq Hibs b’basket tal-Amerikana Amelia Simmons fl-aħħar 10 sekondi. Leanne Sciberras u Raissa Sciberras kienu nieqsa għall-Athleta. Hibs waslu għas-semifinali wara li jumejn qabel għelbu lil DHL Phoenix 64-36 fir-round preliminari. Hibs kellhom l-isfortuna li jitilfu lil Maria Desira u minn hawn nawgurawla fejqan ta’ malajr. Huma fetħu tajjeb u punti ta’ Elena Cassar, Nadia Mifsud u Christina Grima poġġewhom 7-4 minn fuq. Grima kompliet bil-punti għal Hibs u għall-Athleta kien hemm ir-risposta minn Denise Said Hollier biex it-taqsima ntemmet bil-Hibs basket minn fuq 10-8. Athleta marru minn fuq bi trippla ta’ Said Hollier però għal darbtejn Hibs ħadu vantaġġ ta’ basket. Athleta reġgħu marru minn fuq bil-punti ta’ Simmons u minkejja li Silvia Gambino kellha three pointer għal Hibs, Athleta daħlu jistrieħu basket minn fuq 26-24.

Wara l-intervall il-partita baqgħet bl-istess andament fejn l-ebda team ma jirnexxielhu jiftaħ xi vantaġġ sostanzjali. Id-distakk ta’ żewġ punti baqa’ konsistenti bejn iż-żewġ timijiet qabel ma Hibs irnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 5 punti 41-36. Qabel intemmet is-sessjoni Athleta naqqsu d-distakk b’basket ta’ Emma Moore u fir-raba taqsima bdew bi break ta’ 9-0 biex fetħu vantaġġ ta’ sitt punti 47-41. Hibs ma ċedewx u l-punti ta’ Grima reġgħu ressquhom viċin  u saħansitra ġabu l-iskor indaqs 51-51. Fl-aħħar sekondi Hibs kellhom iċ-ċans li jerbħu l-partita però l-lay up ta’ Elena Cassar ma daħalx u n-naħa l-oħra kienet Simmons li għamlet il-basket tar-rebħa biex Athleta ċċelebraw il-kwalifikazzjoni għall-finali tan-Knock out fuq skor finali ta’ 53-51.

Honey Athleta: E. Moore 4, L. Pirotta, S. Vella, L. Cassar 7, D. Said Hollier 7, A. Simmons 24, F. Farrugia, S.J. Barbara 11, C. Mifsud.

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 12, S. Gambino 8, F. Mifsud, J. Xuereb, M. Desira 4, C. Grima 24, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud 3, I. Agius, N. Farrugia, J. Scerri.

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri.





Leave a comment