Pavi Depiro l-ewwel finalisti wara rebħa sabiħa fuq Hibs

Monday, October 27, 2014, 19:55

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

minn Colin Schembri

Hibs 44

Pavi Depiro 57

(11-20)(13-9)(11-12)(9-16)

Pavi Depiro saru l-ewwel finalisti tas-St. James Hospital Shield tan-nisa meta għelbu lil Hibs 57-44. Hibs issa jridu jerġgħu jilgħabu kontra Luxol fit-tieni semifinali biex jiġi deċiż it-tieni finalist. Depiro kellhom wirja tajba fid-difiża fejn illimitaw id-danni tal-aħjar skorer tal-Pawlisti Christina Grima u dan kellhu effett fuq ir-riżultat finali. Huma kienu mingħajr Antoinette Borg fil-waqt li għal Hibs kien hemm ir-ritorn ta’ Maria Desira wara injury twila waqt li kienet mislufa lil Starlites l-istaġun li għadda. Il-partita kellha ftuħ bilanċjat u wara sitt minuti Depiro kellhom vantaġġ ta’ basket 11-9 fejn għal Hibs kien hemm il-punti ta’ Sylvia Gambino fil-waqt li għal Depiro kien hemm il-baskets ta’ Samantha Brincat u Siarre Evans. Wara punti minn Elena Cassar għal Hibs, Depiro kellhom break ta’ 9-0 bi three poiner ta’ Brincat u sitt punti bi trippla ta’ Maria Bonett għal skor ta’ 20-11. Depiro bdew it-tieni sessjoni b’erba’ punti oħra minn Evans u Brincat. Hawn Hibs kellhom l-aħjar mument tagħhom fil-partita. Huma għamlu run ta’ 13-3 li bdewha bi trippla ta’ Ema Micallef flimkien ma’ punti minn Grima u Gambino. Depiro setgħu jagħmlu biss trippla u basket minn Gaby Mifsud però kienu għadhom 5 minn fuq fil-halftime 29-24.

Hibs komplew tajjeb wara l-mistrieħ u b’żewġ three pointers minn Grima u Gambino ġabu l-iskor indaqs 32-32 wara aktar qabel Brincat għamlet it-tieni trippla tagħha. Wara time-out, Depiro rkupraw u kellhom break ta’ 9-3 biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ sitt punti 41-35. L-aħħar sessjoni rat lil Depiro jibdew b’żewġ trippli taż-żagħżugħa Nicole Agius flimkien ma’ oħra ta’ Mifsud u żewġ baskets ta’ Evans biex fetħu vantaġġ ta’ 16 –il punt 54-38. Hibs kellhom trippla oħra minn Grima u basket ta’ Gambino però Depiro baqgħu fil-kontroll tal-partita għal rebħa bi skor ta’ 57-44.

Hibs: E. Micallef 6, E. Cassar 2, S. Gambino 17, F. Mifsud, J. Xuereb, M. Desira 4, C. Grima 13, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud, I. Agius, N. Farrugia, J. Scerri 2.

Pavi Depiro: A. Mifsud 1, G. Mifsud 8, R. Calleja, S. Brincat 20, M. Bonett 6, N. Agius 6, M. Mifsud, S. Evans 14, S. Micallef, C. Ciantar 2.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani.

Honey Athleta 43

Caffè Moak Luxol 66

(10-22)(11-10)(12-20)(10-14)

Caffè Moak Luxol rkupraw mit-telfa kontra Hibs b’wirja verament sabiħa u għelbu lil Honey Athleta 66-43. Luxol kellhom lura lil Laekitha Alston li tilfet l-aħħar partita kif ukoll lil Sarah Pace li rritornat wara li temmet l-istudji tagħha barra minn pajjiżna. Kienet Pace li fetħet il-partita b’basket li beda break ta’ 10-0 fejn kien hemm ukoll punti minn Steffi De Martino, Paula Ellul u Alston fost l-oħrajn. Wara time-out ta’ Ruth Spiteri Athleta rkupraw bi tmien punti konsekuttivi fosthom trippla ta’ Leanne Sciberras. Luxol għaddew minn dan il-mument diffiċli u kellhom break ieħor ta’ 12-2 fejn kellhom it-trippli minn Pace u De Martino u temmew it-taqsima 22-10 minn fuq. Athleta bdew aħjar fit-tieni sessjoni bil-punti tal-Amerikana Amelia Simmons però Luxol ukoll kellhom il-punti ta’ Alston biex baqgħu 10 minn fuq 29-19 u daħlu jistrieħu 32-21 fuq quddiem.

Il-bidu tat-tielet perjodu kien kollhu f’idejn Luxol bil-punti ta’ Joselle Borg Cardona u Paula Ellul. Huma għamlu break ta’ 11-2 u wara r-risposta tal-Athleta minn Simmons u Sciberras, Luxol kellhom break ieħor ta’ 7-0 bil-punti konsekuttivi ta’ De Martino. Athleta għamlu l-aħħar sitt punti tat-taqsima biex ir-raba’ perjodu beda bil-Luxol fuq quddiem 52-33. Hawn ir-ritmu tal-partita naqas hekk kif ir-riżultat kien ċert u Luxol irnexxielhom jagħmlu run oħra ta’ 7-0. Huma temmew il-partita b’żewġ baskets minn De Martino u Alston biex rebħu l-partita 66-43.

Honey Athleta: E. Moore, S. Vella, L. Cassar 5, L. Sciberras 7, D. Said Hollier, A. Simmons 27, R. Sciberras, F. Farrugia 4, S.J. Barbara, C. Mifsud.

Caffè Moak Luxol: M. Caruana, B. Zammit, S. Pace 9, I. Medina, S. De Martino 21, K. Portelli, J. Borg Cardona 12, P. Ellul 6, L. Alston 16, M. Darmanin 2, C. Curmi.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.





Leave a comment