Pavi Depiro jsaħħu t-tieni post

Monday, January 26, 2015, 18:08

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Honey Athleta 36

Caffè Moak Luxol 41

(14-8)(10-6)(6-13)(6-14)

Ġimgħa wara l-finali tat-tazza Louis Borg Cup, Honey Athleta u Caffe Moak Luxol reġgħu ltaqgħu fil-kampjonat u kif ġara fiż-żewġ logħbiet preċedenti Luxol rebħu l-logħba. Athleta ma rnexxielhomx iżommu 12 –il punt vantaġġ li kellhom fil-bidu tat-tielet sessjoni. Il-logħba fetħet b’żewġ trippli ta’ Steffi De Martino u Beverlee Zammit għal Luxol. Athleta wieġbu bi break ta’ 10-0 run b’żewġ baskets minn Emma Moore flimkien mal-punti ta’ Amelia Simmons, Lonneke Cassar u Sammy Jo Barbara. Laekitha Alston wieġbet għal Luxol iżda Simmons kellha żewġ baskets oħra u Athleta rebħu l-ewwel sessjoni 14-8. Luxol ġabu l-iskor indaqs fil-bidu tat-tieni perjodu b’run ta’ 6-0 b’żewġ baskets minn Alston u Paula Ellul. Madankollu dawn kienu l-uniċi punti ta’ Luxol f’dan il-perjodu. Athleta kellhom run ta’ 10-0 inkluż trippla minn Antoinette Borg u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 24-14.

Fil-bidu tat-tielet taqsima, Simmons żiedet il-vantaġġ għal Athleta għal 12-il punt. Madankollu, Luxol bdew inaqqsu d-distakk bi break ta’ 10-0 b’De Martino tagħmel erba’ baskets konsekuttivi flimkien ma ‘wieħed minn Sarah Pace. Simmons wieġbet għal darb’oħra għall-Athleta iżda Beverlee Zammit kellha three pointer għal Luxol biex is- sessjoni ntemmet b’Athleta fuq quddiem 30-27. Luxol irnexxielhom imorru fuq quddiem fil-ħames minuta bil-baskets ta’ Alston u punti minn Joselle Borg Cardona 33-32. Leanne Sciberras poġġiet lill-Athleta fuq quddiem għal darb’oħra madankollu fl-aħħar tliet minuti Luxol għamlu l-aħħar 3 baskets tal-logħba, wieħed minn Alston u 2 minn De Martino u huma rebħu l-logħba 41-36.

Honey Athleta: E. Moore 6, L. Pirotta, L. Cassar 2, L. Sciberras 4, D. Said Hollier 2, A. Simmons 15, R. Sciberras, F. Farrugia, S.J. Barbara 4, C. Mifsud.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 2, B. Zammit 8, M. Caruana, I. Baena, S. Tabone, S. De Martino 15, K. Portelli, J. Borg Cardona 4, P. Ellul 2, L. Alston 10, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Luis Abuin, Brian Sly.

DHL Phoenix 29

Pavi Depiro 73

(6-23)(9-12)(4-24)(10-14)

Pavi Depiro għamlu l-double kontra DHL Phoenix hekk kif huma rebħu l-partita tagħhom 73-29. Phoenix żiedu lil Jean Doughty mar-roster tagħhom. Depiro bdew fuq nota posittiva mmedjatament kif huma fetħu l-logħba b’run ta’ 14-2 b’diversi punti taż-żagħżugħa Nicole Agius. Siarre Evans kellha żewġ three pointers biex Depiro rebħu l-ewwel sessjoni 23-6. Fit-tieni sessjoni kien hemm xi bidliet fuq il-court speċjalment fuq in-naħa ta’ Depiro. Francesca Sant kellha trippla għal Phoenix flimkien mal-punti minn Martha Gatt u Guliana Torpiano. Depiro wieġbu b’sitt punti minn Gaby Mifsud u Raissa Calleja u fuq nofs il-partita kellhom vantaġġ ta’ 20 punt 35-15.

Depiro reġgħu bdew qawwi għal darb’oħra fit-tielet sessjoni. Huma fetħu b’run ta’ 12-2 run b’aktar punti minn Agius u Svetlana Micallef. Wara punti minn Sant għal Phoenix, Depiro għamlu break ieħor ta’ 12-0 bil-punti kollha jaslu minn Calleja u Agius. L-aħħar sessjoni fetħet bil-punti ta’ Depiro minn Maria Bonett b’Phoenix iwieġbu b’punti minn Stephanie Davies u Sant. Depiro għamlu break qasir ieħor ta’ 7-0 lejn tmiem il-partita qabel ma Phoenix għamlu l-aħħar żewġ baskets minn Doughty u Sant biex Depiro rebħu l-logħba 73-29..

DHL Phoenix: L. Pace 4, J. Doughty 2, M. Gatt, F. Sant 11, G. Torpiano 2, J. B. Gaerthy, A. Demanuele 6, F. Camilleri, Y. Agius, S. Davies 4.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 13, R. Calleja 8, M. Bonett 10, N. Agius 19, M. Mifsud, M. Scicluna, S. Evans 13, S. Micallef 8, C. Ciantar 2.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

6

6

0

12

338

266

Pavi Depiro

7

5

2

12

484

366

Honey Athleta

7

3

4

10

428

371

Hibs

6

2

4

8

341

322

DHL Phoenix

6

0

6

6

171

437





Leave a comment