Pavi Depiro jpattu għat-telfa tal-ewwel round

Monday, January 5, 2015, 19:18

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Hibs 64

Pavi Depiro 72

(10-19)(20-12)(15-22)(19-19)

Pavi Depiro pattew għat-telfa li sofrew kontra Hibs fl-ewwel round tal-kampjonat meta ħarġu rebbieħa 72-64. Għal darb’oħra Depiro kienu mingħajr Samantha Brincat però l-Amerikana Siarre Evans ikkonfermat il-mument posittiv li għaddeja minnhu b’wirja oħra posittiva flmkien ma’ Gaby Mifsud. Hibs kellhom diversi players żagħżagħ nieqsa. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti minn Maria Bonett u Evans. Nadia Mifsud u Silvia Gambino wieġbu għall Hibs imma Gaby Mifsud kellha basket u trippla għal Depiro. Wara basket ieħor ta’ Grima, Depiro komplew bil-punti ta’ Evans u Svetlana Micallef biex fetħu distakk ta’ disa’ punti fi tmiem it-taqsima 19-10. Hibs rkupraw fil-bidu tat-tieni perjodu hekk kif kellhom run ta’ 9-0 run bil-baskets ta’ Silvia Gambino, Grima u Elena Cassar. Depiro wieġbu bil- punti ta’ Bonett iżda Hibs baqgħu viċin bi trippla ta’ Ema Micallef u l-punti ta’ Grima. Depiro daħlu jistrieħu punt minn fuq 31-30 wara basket fl-aħħar sekondi minn Nicole Agius.

Fit-tielet sessjoni Depiro kellhom iktar trippli minn Tina u Gaby Mifsud flimkien mal-punti minn Evans biex żiedu l-vantaġġ tagħhom għal 6 punti 41-35. Għal darb’oħra, Hibs ġew lura bil-punti ta’ Gambino u Grima u għamlu rub ta’ 9-0 li rathom imorru fuq quddiem 44-41. Kien imiss lil Depiro biex jirreaġixxu hekk kif dawn kellhom break ta’ 12-0 b’aktar punti ta’ Mifsud, Bonett u Evans biex għalqu l-perjodu 53-45 minn fuq. Hibs ma ċedewx u fetħu qawwi fl-aħħar sessjoni bi break ta’ 9-0 biex ħadu l-vantaġġ għal darb’oħra 56-55. Evans wieġbet bi 8 punti inklużi 2 three pointers għal Depiro kif hi reġgħat poġġiethom fuq quddiem 63-57. Din id-darba kien tard għall Hibs u minkejja tripla minn Gambino, Depiro kellhom trippla oħra minm Agius biex rebħu il-logħba 72-64.

Hibs: E. Micallef 6, E. Cassar 3, S. Gambino 22, J. Xuereb 3, C. Grima 24, N. Mifsud 6, I. Agius, N. Farrugia.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 16, R. Calleja, M. Bonett 9, N. Agius 8, M. Mifsud 3, S. Evans 28, T. De Martino, S. Micallef 7, C. Ciantar.

Referees: Clive Terribile, Zvezdan Dobrosaviljevic

Honey Athleta 84

 

DHL Phoenix 23

(28-5)(16-2)(16-4)(24-12)

Fit-tieni partita, Honey Athleta kisbu rebħa oħra kontra DHL Phoenix fit-tielet partita bejn iż-żewġ timijiet fi spazju ta’ ftit ġimgħat. Il-coach tal-Athleta Ruth Spiteri tat 20 minuta fuq il-court lil kull waħda mill-players tagħha hekk kif irritornat l-Amerikana Amelia Simmons li spiċċat bħala l-aqwa skorer tal-logħba. Phoenix kellhom diversi plejers għal raġunijiet differenti iżda kellhom Francesca Camilleri lura fil-line-up tagħhom. Wara bidu bilanċjat fejn għal tlett darbiet Phoenix irrispondew għall-punti tal-Athleta u fir-raba’ minuta kien hemm parita ta’ 5-5. Hawn Athleta għamlu run qawwija ta’ 23-0 b’diversi baskets ta’ Simmons, Denise Said Hollier u Leanne Sciberras.Fit-tieni taqsima, Francesca Sant għamlet l-uniku basket għal Phoenix iżda Athleta kellhom 16 –il punt ieħor fosthom trippla ta’ Linsdsey Pirotta u baskets ta’ Lonneke Cassar u Raissa Sciberras biex fl-intervall kienu 44-7 fuq quddiem.

Fit-tielet sessjoni Athleta fetħu b’żewġ baskets ta’ Sharon Vella flimkien ma’ aktar punti minn Cassar u Pirotta biex komplew ikabbru l- vantaġġ għalkemm Lisa Pace kellha trippla għal Phoenix. L-aħħar sessjont rat lura fuq il-court ewwel ħames players tal-Athleta li komplew b’run oħra ta’ 12-2. Justine Busuttil Gaerty kellha trippla għalPhoenix qabel il-punti finali tal-Athleta minn Simmons u Sciberras għal skor finali ta’ 84-23.

Honey Athleta: E. Moore 8, L. Pirotta 5, S. Vella 6, L. Cassar 15, L. Sciberras 12, D. Said Hollier 9, A. Simmons 23, R. Sciberras 4, F. Farrugia, S.J. Barbara, C. Mifsud 2.

DHL Phoenix: L. Pace 4, F. Sant 11, G. Torpiano, J. B. Gaerthy 3, S. Davies 1, F. Camilleri, A. Demanuele 4.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

4

4

0

8

241

181

Pavi Depiro

5

3

2

8

351

284

Honey Athleta

5

3

2

8

339

270

Hibs

5

2

3

7

292

266

DHL Phoenix

5

0

5

5

142

364





Leave a comment