- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Pavi Depiro jkomplu jirkupraw

Posted By sportinmalta1 On February 4, 2014 @ 2:33 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Phoenix Petrus Pizza Loyola 22

Caffè Moak Luxol 104

(4-25)(5-25)(7-27)(6-27)

Caffè Moak Luxol ma kellhom l-ebda diffikulta biex jiksbu s-sitt rebħa tal-kampjonat u żammew l-ewwel post tal-klassifika meta għelbu lil Phoenix Petrus Pizza Loyola 104-22. Kif juri l-iskor il-partita kienet one way favur Luxol sa mill-ewwel minuti fejn ħadu biss 10 sekondi biex fetħu l-iskor b’basket ta’ Steffi De Martino. Wara basket ta’ Guliana Torpiano għal Phoenix, Luxol għamlu break ta’ 16-0 b’aktar punti minn De Martino flimkien ma’ Patricia Bright u Greta Costa. Phoenix kellhom basket ieħor minn Martha Abela qabel ma Luxol kellhom seba’ punti oħra bi trippla ta’ Kay Portelli għal skor ta’ 25-4. Fit-tieni sessjoni Phoenix għamlu l-ewwel punti bi trippla ta’ Abela u l-aħħar punti b’basket ta’ Gulia Muscat. Iżda bejniethom, Luxol għamlu xejn anqas minn 25 punt mingħajr risposta fejn fost l-oħrajn kellhom it-trippli minn Costa u De Martino flmkien mal-punti ta’ Mandi Mercieca, Bright u Monique Caruana biex fil-halftime kienu 50-9 minn fuq.

It-tielet taqsima bdiet b’żewġ baskets ta’ Phoenix bil-Luxol iwieġbu b’żewġ trippli minn De Martino u Caruana. Luxol komplew bi break ieħor ta’ 17-2 bil-punti ta’ Becky Naudi, Bright u Costa għal skor ta’ 77-16. Fl-aħħar sessjoni l-partita kompliet bl-istess andament bil-Luxol jagħmlu l-ewwel għaxar punti mingħajr risposta. Luxol għaqqdu l-mitt punt bi trippla ta’ De Martino biex rebħu l-partita 104-22.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: M. Abela 5, L. Pace 6, Y. Agius 2, M.R. Agius, N. Said, N. Said,  G. Muscat 5, G. Torpiano 4, F. Camilleri, J. Millo.

Caffè Moak Luxol: K. Baldacchino 3, M. Mercieca 4, I. Medina 2, B. Naudi 8, G. Costa 21, K. Portelli 6, S. De Martino 32, M. Caruana 7, P. Bright 17, M. Darmanin 4.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Pavi Depiro 51

Hibs 34

(6-13)(20-6)(7-6)(18-9)

Ic-champions Pavi Depiro komplew jirkupraw anke fil-kampjonat meta mhux biss pattew għat-telfa li sofrew fl-ewwel round iżda wkoll qabżu lill-istess Hibs wara r-rebħa 51-34. Dawn iż-żewġ timijiet issa jerġgħu jiltaqgħu fis-semifinali tat-tazza Louis Borg. Depiro sabuha bi tqila biex jagħmlu l-punti fl-ewwel ħinijiet tal-partita fejn tilfu wkoll diversi pussesi. Hibs approfittaw u bil-punti ta’ Crystal Woodley u marru 9-4 minn fuq. Depiro kellhom punti mill-Amerikana Nola Taylor flimkien ma’ Maria Bonett iżda Hibs għalqu s-sessjoni 13-6 minn fuq wara trippla ta’ Elena Cassar. Fit-tieni sessjoni Hibs bdew bi trippla u basket minn Woodley biex żiedu l-vantaġġ għal 10 punti 18-8. Hawn iżda Hibs ma setgħux jagħmlu iktar  punti ħlief free-throw ta’ Jean Doughty. Depiro kellhom żewġ breaks ta’ 7-0 u 11-0 bi trippli ta’ Beverlee Zammit flimkien ma’ Samantha Brincat, Taylor u Bonett u daħlu jistrieħu 26-19 minn fuq.

Wara l-intervall il-punti naqsu ferm fuq iż-żewġ naħat. Depiro kienu għadhom sebgħa minn fuq 28-21 wara tlett minuti u wara li kellhom il-punti ta’ Taylor u Antoinette Borg, Hibs kellhom punti minn Woodley u Julia Scerri għal skor ta’ 33-25. Fl-aħħar sessjoni Depiro kellhom ftuħ qawwi meta għamlu run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Taylor, Gaby Mifsud u Martina Scicluna. Hibs waqqfulhom din ir-run b’basket ta’ Woodley iżda Depiro kellhom sitt punti oħra biex komplew jinqatgħu mill-avversarji. Hibs għalqu l-partita bil-punit ta’ Woodley b’Martina Mifsud tagħmel l-aħħar basket ta’ Depiro li ħarġu rebbieħa 51-34.

Pavi Depiro: D. Sammut, G. Mifsud 4, T. De Martino, S. Brincat 4, M. Bonett 4, M. Scicluna 3, M. Mifsud 5, A. Borg 6, N. Taylor 19, N. Donoghue, S. Micallef, B. Zammit 6.

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 4, J. Doughty 1, R. Scerri, N. Farrugia,  J. Scerri 1, L. Micallef, N. Mifsud 2, C. Woodley 22,J. Borg Cardona 4, I. Agius.

Referees: Bernard Vassallo, Clive Terribile

Honey Athleta 71

Starlites Naxxar BC 44

(14-17)(14-16)(24-2)(19-9)

Din il-partita bdiet tintlagħab is-Sibt iżda kellha titwaqqaf minħabba umdita eċċessiva li kien hemm fil-court. Honey Athleta rritoraw għar-rebħ meta għelbu lil Starlites Naxxar 71-44 biex żammew il-pass ma’ Luxol fl-ewwel post tal-klassifika. Starlites offrew oppożizzjoni qawwija fl-ewwel parti tal-logħba però wara l-intervall sfaxxaw biex sofrew ir-rimonta tal-Athleta u tilfu l-partita. Athleta għadhom mingħajr Emma Moore, Marie Claire Cilia u kienet nieqsa wkoll Justine Xuereb.  Starlites kellhom l-aħjar bidu tal-partita fejn wara li Athleta marru 5-4 minn fuq bi trippla ta’ Ijeoma Ofomata, huma kellom run ta’ 10-0. Justine Busuttil Gaerty għamlet żewġ three pointers flimkien ma’ punti minn Renea Phelps u Maria Desira. Starlites żammew il-vantaġġ sad-disa’ minuta però Athleta rnexxielhom jagħmlu seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Lonecke Cassar għal skor ta’ 14-17. Starlites reġgħu bdew it-tieni taqsima bi break ieħor ta’ 10-0 b’aktar punti minn Phelps flimkien ma’ Lindsey Pirotta biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 13 –il punt 27-14. Hawn Athleta bdew ġejjin f’tagħhom u naqqsu d-distakk bil-baskets ta’ Sammy Jo Barbara u Chantelle Mifsud flimkien ma’ Ofomata u Sciberras. Desira wieġbet għal Starlites b’żewġ baskets però Athleta wkoll kellhom tlett baskets oħra minn Barbara u Sciberras biex fl-intervall Starlites kienu ħames punti minn fuq 33-28.

Fit-tielet sessjoni l-istorja kienet totalment differenti hekk kif Starlites għamlu biss basket wieħed minn Marilou Cutajar fis-sitt minuta. Qablu, Athleta kienu diġa għamlu run ta’ 10-0 bi tlett baskets ta’ Sciberras flimkien ma’ Farrugia u Barbara. Athleta komplew b’14 –il punt ieħor wara l-basket ta’ Cutajar bil-punti jinqasmu bejn Ofomata u Sciberras għal skor ta’ 52-35. Fl-aħħar taqsima Starlites kienu rassenjati hekk kif Athleta reġgħu ħasduhom bi break ieħor ta’ 9-0 u kabbru l-vantaġġ għal 26 punt 61-35. Starlites finalment għamlu run qasira ta’ 7-1 bi trippla ta’ Busuttil Gaerty iżda din kienet ftit wisq u Athleta għalqu l-partita b’disa’ punti oħra u rebħu l-partita 71-44.

Honey Athleta: D. Said Hollier 1, R. Sciberras, S. Vella , L. Cassar 3, L. Sciberras 28, M. Azzopardi Duca, I. Ofamata 24, E. Vella, A. Demanuele, F. Farrugia 2, S.J. Barbara 11, C. Mifsud 2.

Starlites Naxxar BC: A. Mifsud, J. Busuttil Gaerty 9, A. Grixti, S. Tabone 1, P. Montanaro, M. Desira 10, R. Phelps 14, L. Pirotta 5, N. Attard, S. Galea, S. Davies, M. Cutajar 5.

Referees: Clive Terribile, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

7

6

1

13

536

289

Honey Athleta

7

6

1

13

388

287

Pavi Depiro

7

4

3

11

377

290

Hibs

7

4

3

11

399

372

Starlites Sports Experience

7

1

6

8

347

372

Phoenix Petrus Pizza Loyola

7

0

7

7

175

612

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/pavi-depiro-jkomplu-jirkupraw/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.