Pavi Depiro jirritornaw għas-suċċess

Tuesday, January 22, 2013, 0:39

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 66

A to Z Electronics Athleta 61

(14-14)(14-11)(22-20)(16-16)

 

L-ewwel leg tat-tazza Louis Borg mar għand Pavi Depiro li wara partita kumbattuta għelbu lil A to Z Electronics Athleta 66-61. Il-partita kella diversi svolti nteressanti bil-vantaġġ jinbidel diversi drabi u kull team kien għal diversi drabi fil-vantaġġ. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom hekk kif għac-champions irritorna Shawn Pace wara sospensjoni. Kienu Athleta li kellhom l-aħjar bidu fejn bi trippli ta’ Steve Schembri u Omar Said marru 9-2 minn fuq. Depiro wieġbu bi break ta’ 10-2 bi trippla ta’ Roderick Vella biex marru minn fuq 12-11. Marko Todorovic għamel żewġ baskets konsekuttivi qabel ma Shawn Morgan għalaq is-sessjoni għal Depiro biex l-ewwel sessjoni ntemmet f’parita 14-14. It-tieni sessjoni kienet maqsuma bejn iż-żewġ timijiet. Wara basket minn Andrew Aquilina għal Depiro, Athleta wieġbu bi break sabiħ ta’ 11-0 b’diversi punti minn Todorovic u baskets minn Steve Schembri u David Bugeja. Hawn Depiro kellhom fażi stupenda b’run ta’ 12-0 b’Vella jkollu żewġ three pointers biex daħlu jistrieħu 3 punti minn fuq 28-25.

Wara l-intervall, Depiro komplew bil-mument tajjeb tagħhom u bdew b’seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Aquilina u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 35-25. Joe Galea għajat time-out u Athleta tejjbu l-logħba tagħhom u kellhom 3 baskets minn Todorovic u Schembri. Wara li Morgan u Vella għamlu żewġ baskets għal Depiro, Athleta wieġbu b’run ta’ 10-0 biex ġabu l-iskor indaqs 41-41. Trippla oħra ta’ Vella bdiet break ta’ 9-4 minn Depiro li temmew is-sessjoni 5 minn fuq 50-45. Fl-aħħar sessjoni Morgan u Isaac Tanti kabbru l-vantaġġ ta’ Depiro flimkien ma’ trippla ta’ Aquilina. Athleta rkupraw għal darb’oħra u kellhom run ta’ 12-2 bi trippli minn Bugeja u Schembri u waslu sa’ punt ‘l bogħod mil-avversarji 58-59. Depiro wieġbu b’seba’ punti mingħajr risposta bil-ħames trippla ta’ Vella. Qabel intemmet il-partita Bugeja għamel trippla mportani li permezz tagħha Athleta naqqsu d-distakk għal ħames punti biex kollox irid jiġi deċiż fit-tieni leg.

           

Pavi Depiro: R. Vella 23, K. Kun, A. Aquilina 8, A. Portelli 11, D. Agius, E. Lupo 2, M. Mallia, I. Tanti 6, S. Morgan 16.

A to Z Electronics Athleta: M. Krastev, M. Gauchi Montalto, D. Bugeja 12, M. Todorovic 12, M. Giusti, S. Hagul, O. Said 6, S. Pace 2, W. Spiteri, K. Baldacchino 1, S. Bischoff 2, S. Schembri 26

Referees: Gordon Barbara, Steve Gouder, Emanuel Mangani

 

A to Z Electronics Athleta 58

Pavi Depiro 70

(10-20)(21-8)(17-15)(10-27)

 

Kien fl-istaġun 1999/00 meta Depiro rebħu l-aħħar unur tagħhom fl-għola livell tal-basketball tal-irġiel meta kienu rebħu s-Super Cup. Minn hemm il-quddiem huma rebħu ħafna unuri fil-basketball tan-nisa kif ukoll fil-kategori taż-żgħażagħ. Pero fit-tieni leg tal-finali tat-tazza Louis Borg, huma għelbu lil A to Z Electronics Athleta 70-58 biex rebħu l-unur b’aggregate ta’ 136-119. Il-partita kienet missielta u baqgħet indeċiża sat-tmiem pero’ sensiela ta’ free-throws wara protesti minn Athleta għal kontroll tal-uffiċjali serrħu ras id-Depiro. Athleta riedu rebħa minn din il-partita pero’ l-aħjar ftuħ kien ta’ Depiro meta three pointers ta’ Andrew Aquilina u Roderick Vella tawhom vantaġġ ta’ 11 –il punt fis-sitt minuta 15-4. Depiro żiedu l-vantaġġ b’basket ta’ Shawn Morgan u għalkemm kien hemm ir-risposta ta’ Athleta minn Kristin Baldacchino u Steve Schembri, l-ewwel perjodu ntemm bid-Depiro fuq quddiem 20-10. Athleta bdew jirkupraw fit-tieni sessjoni u punti konsekuttivi ta’ Marko Todorovic u trippla ta’ David Bugeja ressquhom punt biss taħt l-avversarji 21-22. Vella għamel trippla oħra għal Depiro pero’ fl-aħħar minuta kien hemm sitt punti ta’ Athleta biex huma daħlu jistrieħu 3 punti minn fuq 31-28.

Fit-tielet sessjoni Depiro reġgħu fetħu tajjeb b’basket minn Isaac Tanti u trippla oħra minn Aquilina. Hawn ic-champions kellhom fażi tajba u għamlu run ta’ 8-0 biex marru 4 minn fuq u punt biss minn taħt bl-aggregate. Schembri u Bugeja komplew iżidu l-vantaġġ tal-Athleta pero’ Isaac Tanti u Morgan kellhom punti mportanti għal Depiro biex is-sessjoni ntemmew bl-Athleta minn fuq 48-43. B’hekk ir-raba’ sessjoni riedet tiddeċiedi min se jerbaħ l-unur u l-punti bdew ġejjin fuq kull naħa fosthom bi trippla ta’ Omar Said. Depiro wieġbu b’punti ta’ Abraham Portelli u trippli minn Aquilina u Vella biex ippareġjaw 56-56. Fid-disa’ minuta ġie msaffar il-ħames foul ta’ Todorovic u b’Shawn Pace u Baldacchino diġa fouled out it-triq kienet diffiċli għac-champions. Il-protesti tagħhom wasslu għal tlett technical fouls fuq il-coach u fuq il-bank. Depiro għamlu 14 –il punt mingħajr risposta biex b’hekk rebħu l-partita u rebħu l-kompetizzjoni. Fi tmiem il-partita is-Sur Louis Borg President Emeritus tal-MBA ppreżenta t-trofew lil Roderick Vella li għolla l-ewwel trofew fil-karriera twila tiegħu ma’ Depiro.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Gauchi Montalto, M. Krastev, D. Bugeja 11, M. Todorovic 19,  M. Giusti, S. Hagul, O. Said 11, S. Pace, K. Baldacchino 7, S. Bischoff, S. Schembri 8.

Pavi Depiro: R. Vella 23, K. Kun, A. Aquilina 13, A. Portelli 6, D. Agius, E. Lupo 3, M. Mallia, I. Tanti 14, S. Morgan 11.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

 





1 Comment

  1. karmnu says:

    HAHAHAHAHAHA
    tal-misthija li gara wara din il-finali!!!! Shame on you ATHLETA ha nghidilkhom bl-Ingliz!!! Shame on you!!! BAD LOOSERS…qishu ghandkhom xi dritt divin li terbhu dejjem!!! Shame on you

    [Reply]

Leave a comment