Pavi Depiro jirbħu partita kumbattuta

Monday, October 22, 2012, 8:25

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

Siġġiewi 65

Tata Motors Loyola 38

(17-2)(20-15)(16-10)(12-11)

 

Siggiewi vs Loyola

Siġġiewi vs Loyola

Siġġiewi kisbu t-tieni rebħa minn grupp 2 fis-Saint James Hospital Shield kontra Tata Motors Loyola 65-35 b’dawn tal-aħħar jagħmlu l-ewwel dehra tagħhom wara l-preseason tournament. Siġġiewi rkupraw lil Chris Meier pero’ kien nieqes Lee Grech fil-waqt li Loyola kienu mingħajr Sean Borg u l-players barranin tagħhom. Siġġiewi ħarġu biex iserrħu rashom kmieni u wara 3 minuti kienu diġa 9-0 minn fuq wara punti minn Marco Matijevic u Louis Camilleri. Fir-raba’ minuta Jean Paul Azzopardi għamel l-uniku basket ta’ Loyola biex Siġġiewi għamlu 8 punti oħra għal skor ta’ 17-2. Fit-tieni sessjoni il-vantaġġ tas-Siġġiewin kiber għal 20 punt b’iktar punti minn Matijevic flimkien ma’ Peter Shoults. Loyola ppruvaw jirkupraw u naqqsu d-distakk wara trippla ta’ Stefan Vella pero’ Shoults u Matijevic komplew jagħmlu l-punti ta’ Siġġiewi flimkien ma’ Camilleri u fil-mistrieħ huma kienu 37-17 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, Siġġiewi minkejja li naqqsu r-ritmu komplew jinqatgħu mil-avversarji u b’run ta’ 8-2 id-distakk kiber għal 26 punt 47-21. Vella u Anton Axiaq wieġbu għal Loyola qabel ma Clayton Agius għalaq is-sessjoni bi trippla għal Siġġiewi fuq skor ta’ 53-27. L-aħħar sessjoni kienet biss formalita biż-żewġ timijiet iżidu biss it-turnovers tagħhom bil-Loyola jfallu wkoll diversi freethrows. Punti ta’ Alan Borg u Shoults ghalqu l-partita għal Siġġiewi fil-waqt li Vella għamel l-aħħar 3 punti ta’ Loyola biex Siġġiewi rebħu l-partita 65-38.

           

Siġġiewi: R. Agius 1, L. Camilleri 13, P. Shoults 24, E. Xuereb, C. Agius 5, A. Borg 11, L. Grech, M. Matijevic 26.

Tata Motors Loyola: V. Nikolic, B. Zammit, M. Grech 2, C. Cassar 3, L. Azzopardi 2. S. Vella 12, A. Axiaq 11, JP Azzopardi 6, D. Pisani, J. Ransley 2.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro, Steve Gouder

 

Pavi Depiro 68
Bupa Luxol 57

(14-18)(17-9)(16-13)(21-17)

 

Pavi Depiro kisbu l-ewwel rebħa fil-kompetizzjoni meta għelbu lil Bupa Luxol 68-57. Għalkemm finalment kien hemm 9 punti jifirdu liż-żewġ timijiet, kien biss lejn it-tmiem li Depiro għamlu ċert mir-rebħa wara sensiela ta’ freethrows. Kienu Luxol li ħadu l-ewwel vantaġġ 8-6 wara l-ewwel 4 minuti. Wara li Adrian Micallef ippareġja l-partita fuq 8-8, Luxol għamlu break ta’ 7-0 bi trippla tal-Amerikan Stephen Shackleford u minkejja li Depiro wieġbu bil-punti ta’ Shawn Morgan u Roderick Vella, Luxol temmew is-sessjoni 18-14 minn fuq wara trippla ta’ CJ Cordina. Luxol baqgħu minn fuq sa’ nofs it-tieni perjodu 23-20 bid-Depiro jieħdu l-vantaġġ wara run ta’ 6-0 26-23. Nikola Vasovic ressaq lil Luxol viċin wara trippla pero’ kienu Depiro li temmew it-taqsima minn fuq wara 3 punti oħra ta’ Micallef 31-27.

Depiro ħarġu aħjar wara l-mistrieħ u wara run ta’ 10-3 fosthom tlett baskets konsekuttivi tal-Amerikan Morgan, huma fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 41-30. Luxol ma ċedewx u trippla minn Shackleford bdietilhom run ta’ 6-0 biex naqqsu d-distakk għal 5 punti 41-36. Morgan u Abraham Portelli wieġbu għal Depiro li fil-bidu tal-aħħar sessjoni kellhom vantaġġ ta’ 7 punti 47-40. Huma reġgħu għamlu break ta’ 6-0 biex marru 13 minn fuq 53-40 biss reġa’ kien Shackleford flimkien ma’ Cordina li wieġbu għal Luxol biex baqgħu viċin tal-avversarji. Żewġ trippli oħra minn Luxol rahom jaslu sa 6 punti ‘l bogħod  54-60 pero’ Depiro għamlu 6 freethrows u basket ta’ Portelli biex serrħu rashom mir-rebħa għalkemm Vasovic għalaq il-partita bi trippla biex Depiro rebħu l-partita 68-57.

 

Pavi Depiro: R. Vella 6, N. Sultana 9, A. Aquilina 3, A. Portelli 7, D. Agius, A. Micallef 13, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 4, S. Morgan 26.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 10, M. Mercieca 9, J. Willoughby, A. Said, S. Shackleford 18, N. Andrejevic, N. Vasovic 17, T. Paris, E. Bonello, J.P. Bonnici 3, S. Capello

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Steve Gouder

 





2 Comments

  1. karmnu says:

    Tibdewx ta taqbdu ma Karl…kif jerbhu loghba s-siggiewi tibdew tivvintaw u tigbdu…

    [Reply]

  2. Joseph says:

    Iv got say Goodjob to Luxol for introducing some young guys…. Who is the coach of Siggiewi cause at times Karl Borg is taking control of the team..is he an assistant coach ..or he can do what ever he wants on the bench.?

    [Reply]

Leave a comment