- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Pavi Depiro jegħlbu l-ostaklu Hibs u jaslu fis-semifinali

Posted By sportinmalta1 On December 16, 2014 @ 5:52 pm In Basketball,Featured | No Comments

TAZZA LOUIS BORG NISA

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 50

Hibs 47

(10-6)(6-13)(15-13)(19-15)

Pavi Depiro għamlu l-ewwel pass lejn il-kwalifikazzjoni għas-semifinali tat-tazza Louis Borg meta bi three pointer ta’ Maria Bonett fl-aħħar sekonda rebħu l-partita 50-47. Hibs irkupraw lil Silvia Gambino li kienet nieqsa fl-aħħar ħarġiet tagħhom fil-waqt li Depiro kellhom lura lil Tina De Martino. Fil-bidu tal-partita Hibs għamlu tlett punti però mill-ħames minuta ‘l quddiem kienu Depiro li għamlu 10 punti mingħajr risposta bil-punti ta’ Gaby Mifsud, Bonett u Siarre Evans. Qabel intemmet is-sessjoni Hibs kellhom il-punti ta’ Christina Grima għal skor ta’ 10-6. Hibs komplew fit-tieni taqsima bi tmien punti oħra minn Grima u Ema Micallef biex ħadu l-vantaġġ 14-10. Depiro wieġbu permezz ta’ Bonett u Evans iżda Hibs reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Gambino u daħlu jistrieħu 19-16 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin biex Hibs żammew vantaġġ ta’ ħames punti sar-raba’ minuta 25-20. Depiro wieġbu b’seba’ punti konsekuttivi minn Bonett u Evans biex marru minn fuq iżda Hibs reġa’ kellhom il-punti ta’ Gambino għal skor ta’ 32-31. Depiro marru minn fuq fir-raba’ sessjoni bi break ta’ 12-4 b’punti minn Evans fosthom trippla, Sam Brincat u Claire Ciantar. Hibs ġew lura bil-punti konsekuttiva ta’ Ema Micallef u Grima biex ġabu l-iskor indaqs 47-47. Fl-aħħar attakk kien hemm it-trippla ta’ Bonett li ta r-rebħa lil Depiro 50-47.

Pavi Depiro: G. Mifsud 6, R. Calleja, S. Brincat 2, M. Bonett 16, N. Agius, M. Mifsud, S. Evans 18, T. De Martino 4, S. Micallef 2.

Hibs: E. Micallef 7, E. Cassar, S. Gambino 19, J. Xuereb 2, C. Grima 17, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud 2, N. Farrugia.

Referees: Gordon Barbara, Cesar Baena

Hibs 57

Pavi Depiro 58

(9-11)(10-13)(16-16)(22-18)

Wara r-rebħa in extremis fl-ewwel leg, Depiro rebħu wkoll it-tieni partita kontra Hibs biex għaddew għas-semifinali kontra Caffè Moak Luxol b’aggregate ta’ 108-104. Huma rnexxielhom jagħmlu dan minkejja li tilfu lil Sam Brincat b’injury lejn tmiem it-tieni sessjoni. Depiro bdew bi trippla ta’ Siarre Evans u basket minn Svetlana Micallef bil-Hibs jirrispondu bil-punti ta’ Christina Grima. Iż-żewġ timijiet komplew iwieġbu lil xulxin biex Depiro żammew vantaġġ ta’ basket 11-9. Fit-tieni sessjoni kien hemm tlett three pointers minn Evans biex Depiro kabbru l-vantaġġ għal 8 punti 22-14. Grima kompliet bil-punti tagħha flimkien ma’ Grima biex Depiro daħlu jistrieħu ħamsa minn fuq 24-19.

Wara li Depiro bdew it-tielet perjodu bil-punti ta’ Maria Bonett, Hibs kellhom mument tajjeb b’disa’ punti konsekuttivi fosthom trippla oħra ta’ Grima biex marru minn fuq 28-28. Huma komplew bi trippla ta’ Kim Portainer Mifsud biex żiedu l-vantaġġ għal sitt punti u kienu 3 minn fuq bl-aggregate. Depiro rkupraw u trippla ta’ Martina Mifsud fetħitilhom break ta’ 10-0 u reġgħu marru 5 minn fuq 40-35 wara three pointer fuq kull naħa. Fl-aħħar taqsima, Hibs speċjalment Silvia Gambino li kellha tlett trippli tħabtu biex isalvaw il-partita però qatt ma rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ. Dan għaliex Depiro komplew iwieġbu permezz ta’ Mifsud, Bonett u Evans biex rebħu l-partita 58-57.

Hibs: E. Micallef 12, E. Cassar, S. Gambino 17, F. Mifsud, J. Xuereb, C. Grima 23, K. Portainer Mifsud 3, N. Mifsud 2, I. Agius, N. Farrugia.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 6, R. Calleja, S. Brincat, M. Bonett 10, N. Agius, M. Mifsud 6, S. Evans 32, T. De Martino, S. Micallef 4, C. Ciantar.

Referees: Cesar Baena, Luis Abuin.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/pavi-depiro-jeghlbu-l-ostaklu-hibs-u-jaslu-fis-semifinali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.