Pavi Depiro fil-finali ma’ A to Z Electronics Athleta wara wirja stupenda

Monday, January 13, 2014, 20:20

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT IRĠIEL

minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 90

Starlites 56

(25-14)(27-15)(22-8)(16-19)

Ġimgħa wara li rebħulhom fil-kampjonat 94-67, A to Z Electronics Athleta reġgħu għelbu lil Starlites din id-darba fis-semi finali tal-Bank of Valletta knock out 90-56 biex kisbu d-dritt li jiddefendu l-unur li rebħu l-istaġun li għadda. Starlites inkludew għall-ewwel darba fil-formazzjoni tagħhom lil Jonathan Zammit li fil-passat lagħab ukoll ma’ Athleta. Starlites għamlu l-ewwel basket tal-partita minn Robert Bonnici però Athleta bdew jirrispondu mit-tielet minuta ‘l quddiem. Huma kellhom run ta’ 14-4 bil-punti ta’ Shawn Pace, Chad Patus u Michael Naudi. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn Marco Todorovic bl-Athleta jkollhom trippla minn David Bugeja. Fl-aħħar minuta, Athleta għamlu run oħra ta’ 6-0 bi Starlites jagħlqu l-perjodu bi trippla ta’ Todorovic għal skor ta’ 25-14. Fit-tieni taqsima Athleta kellhom iktar three pointers minn Bugeja u Omar Said u għalkemm Saviour Bonnici wkoll għamel trippla għal Starlites, Athleta wieġbu bi break ta’ 9-0. Is-sessjoni kompliet biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin iżda Athleta kien diġa kellhom vantaġġ qawwi fil-halftime 52-29.

Wara l-intervall, Athleta bdew bi break ieħor ta’ 8-0 b’żewġ baskets ta’ Steve Schembri, Patus u Bugeja. Starlites waqqfulhom ir-run b’basket ta’ Todorovic b’Chad Patus ikollu l-punti għall-Athleta flimkien mat-trippli ta’ Said u Bugeja. Baskets ta’ Graham Coleiro għal Starlites u Schembri għall-Athleta temmew il-perjodu fuq skor ta’ 74-37. Fl-ewwel tlett minuti tal-aħħar taqsima kien hemm sitt punti fuq kull naħa. It-taqsima baqgħet bilanċjata hekk kif iż-żewġ coaches taw spazju fuq il-court lil players ta’ fuq il-bank biex Athleta rebħu l-partita 90-56.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 10, S. Hagul, D. Bugeja 23, C. Patus 19, M. Giusti, W. Spiteri, O. Said 19,  S. Pace 2, C. Galea, 2, S. Bischoff 5, D. Ross, S. Schembri 8.

Starlites: M. Todorovic 20, R. Loporto 10, R. Bonnici 10, A. Schembri, S. Bonnici 6, A. Cutajar, M. Vassallo , B. Soler 2, J. Zammit, G. Coleiro 8, J. Curmi.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Floriana Royce 71

 

Pavi Depiro 78

(17-23)(23-12)(13-22)(18-21)

Fit-tieni semifinali, Pavi Depiro kisbu rebħa sabiħa kontra c-champions

Derek Elston - Floriana Royce

Floriana Royce 77-69 sabiex waslu fil-finali. Ir-rebħa ta’ Depiro tikber fil-valur tagħha għaliex huma kellhom biss players Maltin. Dan għaliex Depiro temmew il-kuntratt tal-Amerikan Turrell Morris u posthu se jieħdu l-Awstraljan Matthew Adekponya iżda l-international clearance tiegħu ma waslitx fil-ħin biex jilgħab. Għal Floriana l-ex Billy Zammit seta’ finalment jilgħab wara li kien reġistrat magħhom. Kif mistenni l-bidu tal-partita kien bilanċjat tant li wara erba’ minuti kien hemm parita ta’ 9-9. Hawn waslet l-ewwel run importanti minn Depiro ta’ 14-2 li bdewha bi trippla ta’ Roderick Vella u għalquha b’oħra ta’ Andrew Aquilina. Bejniethom kien hemm żewġ baskets oħra ta’ Aquilina flimkien ma’ Abraham Portelli u Anton Axiaq. Għal Floriana kien hemm il-punti ta’ Derek Elston għal skor ta’ 25-14. Fit-tieni taqsima kien hemm il-punti ta Floriana minn Peter Shoults u Dirk Schembri u naqqsu d-distakk għal seba’ punti 20-27. Depiro kellhom żewġ baskets minn Samuel Bartolo u Vella flimkien mat-trippli ta’ Aquilina biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 40-25. Axiaq kabbar il-vantaġġ ta’ Depiro però Floriana temmew it-taqsima bi break ta’ 7-0 fl-aħħar minuta b’basket u trippla ta’ David Agius biex il-vantaġġ ta’ Depiro niżel għal 11 –il punt 45-34.

Wara l-intervall, ic-champions bdew bi tlett baskets konsekuttivi minn Clayton Calleja u Elston. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Aquilina biex reġgħu kabbru l-vantaġġ però Elson kellhu trippla oħra. Għal Depiro kien hemm il-baskets ta’ Axiaq u Bartolo u minkejja li kien hemm it-three pointer minn Shoults għal Floriana, Depiro temmew il-perjodu 59-51 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, Depiro reġgħu ħasdu lic-champions bi break ta’ 8-2 biex kabbru l-vantaġġ għal 14 –il punt 67-53. Floriana għamlu l-aħħar sforz u bil-punti kontinwi ta’ Elston għamlu break ta’ 8-0 u naqqsu d-distakk għal sitt punti 61-67. Minuta u nofs mit-tmiem kien hemm it-tieni trippla ta’ Shoults li biha c-champions naqqsu d-distakk għall-erba’ punti 67-71 però free-throws ta’ Vella raw lil Depiro jaċċertaw ruħhom mir-riżultat fuq skor finali ta’ 77-69.

Pavi Depiro: R. Vella 16, N. Sultana 4, A. Aquilina 19, A. Portelli 8, S.P. Bartolo 15, A. Axiaq 9, E. Lupo 2, I. Tanti 4, M. Agius.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Elston 28, D. Camilleri 4, P. Shoults 10, S. Borg, B. Zammit, C. Calleja 9, D. Schembri 13, S. Saakian, D. Agius 5.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Teemu Helenius





Leave a comment