Pavi Depiro champions taħt id-dsatax –il sena irġiel

Monday, April 15, 2013, 20:27

KAMPJONAT TA’ TAĦT ID-19 SENA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Athleta 39

Pavi Depiro 52

(13-17)(10-8)(4-15)(7-12)

 

Wara li rebħu l-kampjonat ta’ taħt id-dsatax –il sena tat-tfajliet, Pavi Depiro għamluhom tnejn minn tnejnf’din il-kategorija meta fil-finali għelbu lil Athleta 52-39. Athleta waslu fil-finali wara li fis-semifinali ssorprendew lil Luxol li kienu temmew l-ewwel fażi fl-ewwel post b’telfa waħda u għelbuhom 64-63 fil-waqt li Depiro eleminaw lil Starlites 52-45. L-iskwadra ta’ Depiro hija magħmula minn diversi players li lagħbu wkoll fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni u l-esperjenza li ħadu f’dan il-kampjonat zgur li se servithom f’dawn il-partiti kruċjali. Depiro bdew il-partita bl-aħjar mod meta marru 5-0 minn fuq b’erba’ punti ta’ Calvin Calleja. Athleta wieġbu permezz ta’ Soufian Hagul u Thomas Mifsud Bonnici però aktar punti minn Depiro fosthom trippla ta’ JP Borg rathom ikabbru l-vantaġġ 13-5. Athleta tjiebu u aktar punti minn Hagul flimkien ma’ Mifsud Bonnici rawhom inaqqsu d-distakk għal basket 13-15. Is-sessjoni għalqet b’basket minn Daniel Farrugia għal Depiro però r-rimonta minn Athleta kompliet fit-tieni perjodu. Huma kellhom fażi tajba u basket ta’ Martin Krastev poġġijhom minn fuq 21-19. Depiro malajr ġew lura bil-baskets ta’ Nicholas Grech u Calleja biex sal-intervall reġgħu ħadu vantaġġ ta’ basket 25-23.

Kif bdiet it-tielet taqsima, Athleta reġgħu ġabu l-iskor indaqs wara basket minn Krastev.Hawn però Depiro kellhom fażi mill-aqwa u għamlu 12 –il punt mingħajr risposta. Huma kellhom it-trippli ta’ Alex Psaila u tnejn minn Calleja flimkien ma’ baskets mill-istess players. Athleta waqqfulhom din ir-run b’basker minn Mifsud Bonnici qabel ma Depiro għalqu t-taqsima b’żewġ baskets oħra minn Borg u Daniel Farrugia. Athleta tħabtu biex jirkupraw l-iżvantaġġ fil-bidu tal-aħħar sessjoni però Depiro kienu għadhom 11 minn fuq 43-32. Hawn Depiro għamlu 11 –il punt ieħor mingħajr risposa biex aċċertaw ruħhom mir-riżultat u rebħu l-partita fuq skor finali ta’ 52-34. Fi tmiem il-partita, s-Segretarju Ġenerali tal-MBA Joseph Muscat ippreżenta t-tazza lil captain ta’ Depiro Darryl Schembri.

Athleta: S. Hagul 10, M. Krastev 6, M. Gauchi Montaldo 2, F. Mifsud Bonnici 5, B. Bartolo 2, T. Mifsud Bonnici 9, J. Attard, S. Vinite, D. Buhagiar, D. Cassar, A. Azzopardi, M. Gouder.

Pavi Depiro: J. Attard 8, A. Psaila 5, C.Calleja 12, JP Borg 6, N. Grech 2, D. Farrugia 9. F. Agius, D. Schembri 10, M. Borg, D. Farrugia

Referees: Clive Terribile, Zvezdan Dobrosavljevic.





Leave a comment