- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Pavi Depiro b’rebħa konvinċenti fl-ewwel leg

Posted By sportinmalta1 On March 17, 2014 @ 7:21 pm In Basketball,Featured | No Comments

TAZZA LOUIS BORG NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 52

Pavi Depiro 67

(9-17)(18-8)(10-22)(15-20)

Ic-champions Pavi Depiro fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt fuq Caffè Moak Luxol fl-ewwel leg tat-tazza Louis Borg 67-52. Depiro kellhom wirja ferm aħjar mill-aħħar ħarġiet tagħhom fil-waqt li ħafna aktar kien mistenni minn Luxol. Wara li Luxol għamlu l-ewwel punti tal-partita minn Steffi De Martino u Mandi Mercieca, Depiro wieġbu b’run sabiħa ta’ 12-0 li bdewha bi trippla ta’ Antoinette Borg. Huma kellhom ukoll il-punti ta’ Samantha Brincat bi trippla u l-Amerikana Nola Taylor. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet minn basket ta’ Patricia Bright u De Martino però Borg wieġbet għal Depiro bi trippla oħra. Sa’ tmiem is-sessjoni kien hemm basket ta’ Greta Costa għal Luxol u punti minn Brincat għal Depiro għal skor ta’ 17-9. Fl-ewwel minuta tat-tieni sessjoni kien hemm il-punti ta’ Bright u De Martino għal Luxol. Depiro komplew bit-trippli tagħhom minn Borg u Beverlee Zammit flimkien ma’ free-throws ta’ Gaby Mifsud u f’nofs is-sessjoni kellhom vantaġġ ta’ 9 punti 25-16. Hawn iżda Depiro ma rnexxielhomx jagħmlu iktar punti u kien hemm run ta’ 11-0 minn Luxol. Huma kellhom il-punti ta’ Bright flimkien ma’ Paula Ellul biex sal-intervall dawwru l-iskor favur tagħhom 27-25.

It-tielet taqsima fetħet b’żewġ baskets fuq kull naħa bi Brincat u Taylor jagħmlu l-punti ta’ Depiro u ta’ Bright u Mercieca għal Luxol. Depiro komplew bi break ta’ 13-2 bi trippla ta’ Zammit u punti ta’ Mifsud, Borg u Brincat. Luxol wieġbu b’basket tal-captain Mercieca però Depiro għalqu s-sessjoni bil-punti ta’ Zammit għal skor ta’ 47-37. Fl-aħħar perjodu Luxol ma kienux konsistenti fir-risposti tagħhom biex Depiro komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom wara baskets minn Taylor u għamlu break ieħor ta’ 8-1. De Martino wieġbet għal Luxol  però Depiro kellhom il-punti ta’ Zammit u Brincat biex rebħu l-partita 67-52.

Caffè Moak Luxol: M. Caruana 2, M. Mercieca 7, I. Medina, B. Naudi, P. Ellul 7, G. Costa 2, K. Portelli, S. De Martino 9, K. Baldacchino, P. Bright 25, M. Darmanin, C. Curmi.

Pavi Depiro: N. Agius, G. Mifsud 5, T. De Martino, S. Brincat 17, D. Sammut, M. Mifsud, A. Borg 14, N. Taylor 16, N. Donoghue, S. Micallef, B. Zammit 15.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Teemu Helenius


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/pavi-depiro-brebha-konvincenti-fl-ewwel-leg/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.