Pavi Depiro b’rebħa f’konfront dirett kontra Hibs

Tuesday, October 27, 2015, 20:35

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD – NISA

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 43

Caffè Moak Luxol 57

(17-16)(5-15)(8-12)(13-14)

Fl-aħħar ġurnata mis-St. James Hospital Shield, ic-Champions Caffè Moak Luxol kisbu t-tieni rebħa tagħhom kontra Gżira Athleta. Luxol kellhom lil Mandi Mercieca nieqsa b’Sophie Abela lura fil-formazzjoni. Luxol kellhom l-ewwel seba’ punti tal-logħba inkluż trippla ta’ Paula Ellul. Athleta wieġbu bi  break ta’ 8-0 prinċipalment minn fuq il-free-throw line. Luxol kellhom żewġ baskets oħra minn Ellul u Christine Curmi madankollu Athleta kellhom aktar free-throws minn Antoinette Borg u baskets minn Denise Said Hollier u Chantelle Mifsud. Luxol wieġbu b’4 punti oħra minn Joselle Borg Cardona iżda Athleta kellhom punt vantaġġ 17-16. Fit-tieni taqsima Luxol marru fuq quddiem bi trippla ta’ Steffi De Martino flimkien mal-punti minn Sarah Pace u Ellul. Athleta ġew lura fl-aħħar sekondi biex Luxol fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 31-22.

Dawn żdiedu fil-bidu tat-tielet sessjoni hekk kif Ellul kella trippla oħra. Leanne Sciberras u Borg wieġbu għall-Athleta iżda Beverlee Zammit ukoll kellha trippla għal Luxol għal skor ta’ 43-30. Fl-aħħar sessjoni Luxol fetħu bi break ta’ 9-0 bi tmien punti ta’ Steffi De Martino. Athleta wieġbu b’baskets minn Mifsud u Raissa Sciberras, pero’ c-champions baqgħu fil-kontroll biex rebħu l-logħba 57-43.

Gżira Athleta: K. Busuttil, S. Pisani, L. Sciberras 7, D. Said Hollier 4, A. Borg 15, R. Sciberras, S. Vella 11, E. Pace, C. Mifsud 6.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 10, B. Zammit 3, N. Agius 2, J. Borg Cardona 5, L. Serge 2,  S. De Martino 17, K. Portelli, S. Abela 1, P. Ellul 12, G. Costa, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Jennifer Mangani

 

Pavi Depiro 50

Hibs 48

(16-12)(13-15)(9-10)(12-11)

Fit-tieni konfront Pavi Depiro irnexxielhom jegħlbu Hibs b’distakk ta’ basket wieħed f’waħda mill-aħjar prestazzjonijiet tagħhom dan l-istaġun. Hibs kellhom problemi ta’ fouls fit-tielet sessjoni hekk kif tilfu lil Maria Said u Christina Grima. Svetalana Micallef ta’ Depiro kellha prestazzjoni notevoli fid-difiża fuq Josephine Grima filwaqt Gaby Mifsud, Maria Bonett u Samantha Brincat kellhom kontribut mill-aqwa fl-attakk. Il-partita dehret li se tkun bilanċjata sa’ mill-ewwel battuti hekk kif iż-żewġ timijiet kienu qrib ta’ xulxin u baqgħu hekk għal ħafna mil-logħba. Depiro temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 16-12 meta kellhom il-punti ta’ Brincat, Bonett u Mifsud. Hibs, li rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ għall-ewwel darba fit-tmien minuta, kellhom punti tagħhom jaslu prinċipalment minn Christina u Joey Grima. Fit-tieni perjodu Depiro żiedu l-vantaġġ tagħhom wara trippla ta’ Tina Mifsud. Hibs wieġbu bi break ta’ 7-0 bil-punti ta’ Iona Agius, C. Grima u Hannah Al Tumi. Depiro kellhom it-three pointers minn Gaby Mifsud li żammewhom fuq quddiem minkejja trippla ta’ Grima għal Hibs qabel l-intervall għal skor ta’ 29-27.

Wara l-intervall, Depiro żiedu l-vantaġġ tagħhom bi three pointer ta’ Brincat. Hibs tilfu lil Said u Grima bil-ħames foul tagħhom u l-coach Alex Farrugia kellhu jistrieħ prinċipalment fuq skwadra ta’ żgħażagħ flimkien ma’ Josephine Grima għall-aħħar perjodu. L-istess Grima poġġiet lil Hibs fil-vantaġġ fl-ewwel żewġ minuti bi 3 punti konsekuttivi. Brincat wieġbet għal Depiro iżda Julia Scerri mill-ġdid żiedet il-vantaġġ ta’ Hibs. Għal darb’oħra Gaby Mifsud wieġbet għal Depiro b’żewġ three pointers f’ħin kruċjali tal-partita speċjalment l-aħħar wieħed li żewġ minuti mit-tmiem poġġa lil Depiro punt minn fuq 48-47. Ma kienx għad fadal wisq ħin għal Hibs u Depiro rnexxielhom jikkontrollaw l-aħħar sekondi tal-logħba biex rebħu l-partita 50-48.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 16, S. Brincat 15, M. Bonnett 12, C. Camilleri, T. Mifsud 3, P. Montanaro, S. Micallef 4, C. Ciantar.

Hibs: J. Scerri 4, E. Cassar, N. Vella, I. Agius 8, J. Grima 16, M. Said, C. Grima 14, K. P. Mifsud, N. Mifsud, H. Al Tumi 6, N. Farrugia, K. Tonna.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.





Leave a comment