Pavi Depiro b’rebħa drammatika fuq Bupa Luxol

Tuesday, February 18, 2014, 23:32

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

AtoZ Electronics Athleta 79

Floriana Royce 62

(26-14)(17-14)(13-23)(23-11)

AtoZ Electronics Athleta pattew għat-telfa li sofrew fl-ewwel round kontra c-champions Floriana Royce meta għelbuhom 79-62. Athleta  kellhom nieqes lil Kristen Baldacchino fil-waqt li Floriana kellhom diversi players nieqsa fosthom David Camilleri u Peter Shoults b’dan tal-aħħar iċċelebra flimkien ma’ martu Chanelle t-twelid tal-ewwel tarbija tagħhom. Athleta għal darb’oħra kellhom bidu qawwi u minkejja li sofrew ir-rimonta Furjaniża fit-tielet taqsima, reġgħu ħadu l-kontroll tal-partita fl-aħħar waħda. Wara li Derek Elston fetaħ il-partita għal Floriana, Athleta wieġbu bit-trippli ta’ Steve Schembri f’run ta’ 8-0. Floriana wieġbu b’żewġ baskets ta’ Dirk Schembri però ħuh Steve kompla għaddej bil-punti flimkien ma’ Chad Patus. Athleta komplew b’run ta’ 12-2 b’erbgħa baskets ta’ Michael Naudi u temmew l-ewwel taqsima 26-14 minn fuq. Athleta komlew iżidu l-vataġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu. Huma komplew bil-punti ta’ Shawn Pace fosthom trippla. Ir-risposta ta’ Floriana kompliet ġejja speċjalment minn Schembri għalkemm Athleta kellhom trippla minn Omar Said u basket ta’ Naudi. L-aħħar seba’ punti tat-taqsima ġew minn Floriana fosthom trippla stupenda ta’ Elston minn tlett kwarti ta’ court biex Athleta daħlu jistrieħu 43-28 minn fuq.

Wara l-intervall, Floriana komplew jitħabtu biex inaqqsu d-distakk tant li kellhom seba’ punti oħra. Il-punti ġew kollha minn Billy Zammit li kellhu wkoll trippla għal skor ta’ 35-43. Wara time-out, Athleta tejjbu l-logħba tagħhom u żiedu l-vantaġġ bi trippla oħra ta’ Schembri flimkien ma’ Naudi u Said 50-35. Floriana għamlu run oħra ta’ 10-2 b’żewġ trippli ta’ Elston u komplew inaqqru l-vantaġġ tal-Athleta u t-tielet taqsima ntemmet b’ Athleta ħamsa minn fuq 56-51. Fl-aħħar perjodu Athleta reġgħu ħadu l-partita f’idejhom meta kellhom run ta’ 12-2 fosthom trippla ta’ Patus u żewġ baskets minn David Bugeja biex reġgħu fetħ vantaġġ komdu ta’ 16 –il punt 70-54. Floriana għamlu tlett baskets minn Schembri bl-Athleta jagħlqu l-partita bi break ta’ 7-0 biex rebħu l-partita 79-62.

AtoZ Electronics Athleta: M. Naudi 22, D. Bugeja 14, C. Patus 14, C. Galea, W. Spiteri, O. Said 7, S. Pace 3, D. Ross, S. Bischoff 4, S. Schembri 15.

Floriana Royce: D. Elston 20, S. Borg 4, B. Zammit 10, C. Calleja 1, D. Schembri 27, D. Agius.

Referees: Bernard Vassallo, Stephen Micallef, Clive Terribile.

Bupa Luxol 85

 

Pavi Depiro 87

(12-18)(21-22)(16-23)(36-24)

L-aħħar minuta ta’ din il-partita bdiet b’Pavi Depiro 10 punti minn fuq 81-71 però erba’ three pointers minn Bupa Luxol f’temp ta’ inqas minn minuta raw lil partita tispiċċa b’mod drammatiku fejn saħansitra Luxol kellhom il-pussess li bih setgħu ippareġjaw jew addiritura rebħu l-partita. Depiro li kellhom nieqes lil Abraham Portelli iżda rritorna Nigel Sultana bdew b’Roderick Vella u Matthew Adekponya f’burdata tajba fetħu tajjeb u marru 6-0 minn fuq fl-ewwel tlett minuti. Luxol bdew iwieġbu bil-punti ta’ Samuel Deguara u Nikola Vasovic però Depiro kabbru l-vantaġġ bi trippla ta’ Samuel Bartolo. Depiro komplew iżidu l-vantaġġ wara l-punit minn Adekponya u trippla ta’ Andrew Aquilina. Luxol ġabu l-iskor indaqs fil-bidu tat-tieni sessjoni wara punti minn Deguara, Michael Myres Keitt u CJ Cordina. Depiro kellhom it-trippli ta’ Aquilina però Luxol marru minn fuq b’aktar punti ta’ Deguara u Cordina flimkien ma’ Myres Keitt. Depiro għalqu s-sessjoni bi break ta’ 12-5 u daħlu jistrieħu 40-33 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Depiro bdew bi trippla u basket ta’ Adekponya bil-Luxol iwieġbu bi tlett baskets biex naqqsu d-distakk għal sitt punti. Wara baskets fuq kull naħa, Depiro kellhom mument tajjeb bi break ta’ 11-2 fejn kellhom żewġ three pointers ta’ Vella u oħra ta’ Adekponya biex temmew is-sessjoni 63-49 minn fuq. Sat-tielet minuta tal-aħħar sessjoni Depiro kabbru l-vantaġġ għal 16 –il punt 70-54 wara trippla ta’ Aquilina. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondew lil xulxin biex Depiro b’mod kunfidenti dehru ċerti mir-riżultat. Però Luxol kellhom ħsibijiet oħra u punti kontinwi ta’ Deguara reġgħu daħħluhom fil-partita. Fl-aħħar minuta, Depiro fallew xi freethrows u Luxol waslu sa’ punt  ‘l bogħod 85-86 wara three pointers minn Vasovic, Marco Mercieca u Adrian Micallef. Wara freethrow ta’ Vella għal Depiro, Luxol kellhom l-aħħar pussess però Myres Keitt ma rnexxielux jikkonvertih f’punti biex Depiro rebħu l-partita 87-85.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 13,  M. Mercieca 6, A. Micallef 7, N. Andrejevic, J. Willoughby, J.P. Schembri 1, N. Vasovic 8, J.P. Bonnici, M. Myres Keitt 17, S. Deguara 33, S. Capello.

Pavi Depiro: R. Vella 19, M. Adekponya 27, N. Sultana, A. Aquilina 12, S.P. Bartolo 11, A. Axiaq 4, E. Lupo 2, I. Tanti 12, M. Agius.

Referees: Stephen Micallef, Emanuel Mangani, Teemu Helenius.

Remax Citadel Siġġiewi 78

Starlites Naxxar BC 46

(16-17)(19-8)(23-11)(20-10)

Remax Citadel Siġġiewi approfittaw mit-telfa ta’ Luxol u għelbu lil Starlites 78-43 biex reġgħu telgħu fit-tielet post tal-klassifika. Huma kellhom nieqes lil Chris Sammut fil-waqt li Starlites żammew il-pass magħhom sa’ nofs it-tieni taqsima. Il-partita kellha bidu bilanċjat bi Starlites jieħdu vantaġġ ta’ punt wara trippla ta’ Saviour Bonnici 5-4. Siġġiewi wara żewġ baskets minn Lee Ross, komplew bil-punti ta’ Ivo Hoeger, Steve Sammut u Malcolm Mallia. Starlites kellhom run ta’ 8-0 bi tlett baskets ta’ Bonnici u temmew is-sessjoni punt minn fuq 17-16. Siġġiewi rkupraw fil-bidu tat-tieni taqsima u kellhom break ta’ 12-2 b’Ross ikollhu żewġ trippli. Starlites kellhom il-punti ta’ Marco Todorovic flimkien ma’ Graham Coleiro u Robert Loporto iżda l-punti tagħhom waqfu fis-seba’ minuta. Siġġiewi minn naħa l-oħra għalqu t-taqsima b’seba’ punti oħra u daħlu jistrieħu 35-25 minn fuq.

Wara l-intervall, Siġġiewi komplew bil-baskets ta’ Chris Meier u Marco Matijevic fost l-oħrajn meta kellhom run ta’ 7-0. Starlites waqqfulhom din ir-run bi trippla ta’ Loporto però l-punti ta’ Matijevic u Hoeger u Louis Camilleri raw lil Siġġiewi jżidu l-vantaġġ 58-36 fi tmiem is-sessjoni. Fl-aħħar taqsima Siġġiewi aċċertaw mir-rebħa meta għamlu break qawwi ta’ 18-1 bi trippla ta’ Ross u baskets minn Hoeger, Camilleri u Mallia. Starlites għalqu l-partita bl-aħħar sitt punti però kienu Siġġiewi li rebħu l-partita 78-46.

Remax Citadel Siġġiewi: C. Meier 11, A. Debattista, S. Sammut 11, E.Xuereb, L. Camilleri 6, A. Borg 2, L. Ross 20, J.P. Antoncic, I. Hoeger 16, M. Mallia 6, M. Matijevic 6.

Starlites: M. Todorovic 14, R. Loporto 7, R. Bonnici 6, A. Schembri 4, S. Bonnici 11, J. Curmi,  A. Cutajar, B. Soler, J. Zammit, G. Coleiro 4.

Referees: Stephen Micallef, Emanuel Mangani, Teemu Helenius.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel
Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
AtoZ Electronics Athleta 8 6 2 14 609 552
Pavi Depiro 8 6 2 14 598 542
Remax Siġġiewi Citadel 8 5 3 13 537 480
Bupa Luxol 8 4 4 12 609 552
Floriana Royce 8 2 6 10 545 588
Starlites 8 1 7 9 430 614




Leave a comment